Il-lejla fil-Parlament l-Opposizzjoni sfurzat lill-Gvern jiddibatti l-proċess li wassal għad-deċiżjoni li l-Gvern jikri bid-dritt li eventwalment jikkunsidra li jixtri l-isptar St Philip propjeta’ ta’ kumpaniji kkontrollati mit-Tabib Frank Portelli.
Jiena smajt il-kelliemi kollha. Il-kwieti u l-imqarbin. Tal-Gvern, l-Opposizzjoni u l-Indipendenti.
Konvint iktar minn qatt qabel li jkun għaqli li qabel ma tittieħed id-deċiżjoni li l-kuntratt ikun iffirmat għandhom ikunu eżaminati r-rapporti kollha li saru in konnessjoni mal-funzjoni li dan l-isptar jista’ jkollu.
L-istimi ta’ valur issa saru pubbliċi, jonqos ir-rapporti u l-istimi dwar ix-xogħol ta’ riabilitazzjoni li issemmew waqt id-dibattitu. Dawk għadhom imsakkrin! Għad hemm ħafna affarijiet li m’humiex ċari.
Il-Ministru Fenech ħass il-ħtieġa li jemfasizza kemm il-proċess kien wieħed legali. Tajjeb. Imma r-riżultat ma jikkonvinċix lil diversi.
Il-Gvern ilu s-snin jikkunsidra din il-proposta. Issa wasal iż-żmien li l-Parlament jgħarbel dak li sar. Wara tkun tista’ tiġi ikkunsidrata d-deċiżjoni.
Fil-fehma tiegħi l-aħjar triq hi dik. L-ewwel l-għarbiel, wara d-deċiżjoni.
Dr. Frank Portelli organized one to one ”confessional meetings with the Prime Minister” and informed hundreds if not thousands of P.N. lost voters accordingly – just weeks if not days before the last election. I was there so I know exactly what happened. There were drinks, finger food and of course Dr. Portelli and Dr. Lawrence Gonzi. The proceedings – especially the ”private one to one talks with the P.M. with hundreds of onlookers watching, sickened me. I felt disgusted by what ensued. Do Prime Ministers ever stoop so low just to gain a few thousand votes?
People, taxpayers are asking: Is it for such service that the Hon. Prime Minister wants to reward Dr. Portelli? I personally think so – and find this idea simply undemocratic and repugnant.
Is this the Transparency we Maltese were promised by the P.N.? To think that I once believed this lot!