Gvern li jiddisprezza l-Parlament

L-aħbar tal-bieraħ fil-għaxija li l-Gvern ser jgħaddi l-każ tal-Isptar St Philip lill-Awditur Ġenerali biex jeżaminah għall-ewwel qiestha bħala pass pożittiv. Sakemm irrealiżżajt li dan il-Gvern ser jagħmlu wara li l-kuntratt, li permezz tiegħu jikri l-Isptar filwaqt li jżomm id-dritt li jixtri, ikun ġie iffirmat.

Jekk qatt kellna bżonn prova kemm il-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi jiddisprezza l-Parlament issa din il-prova jista’ jmissha kulħadd b’idejh. Il-Gvern m’huwiex lest li jbaxxi rasu għall-Parlament li għandu quddiemu mozzjoni ippreżentata minn Franco Debono biex il-proċess kollu jkun eżaminat. Il-Gvern biex jevita li l-Parlament jorbotlu idejh qed iħaffef biex jikkonkludi kollox ħalli jekk u meta l-Parlament jesprimi ruħu jkun tard wisq.

Dan kollu ma tantx jitfa’ dawl sabiħ fuq il-kredenzjali demokratiċi tal-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi.

Dan juri kemm hi difettuża is-sistema demokratika tagħna li s’issa għad ma fehmitx l-importanza li l-ebda partit politiku ma għandu jkun afdat waħdu bit-tmexxija tal-Gvern. Għax issa li l-Gvern qed jaħrab mill-Parlament l-uniku possibilita’ li jkunu ikkontrollati l-abbużi hi permezz ta’ xi membru tal-Kabinett li jkollu l-kuraġġ li jieqaf lil Lawrence Gonzi. Safejn naf jien ma hemm l-ebda wieħed minnhom li għandu l-kuraġġ li nhar it-Tnejn li ġej idur fuq sħabu u jgħidilhom li issa qed jabbużaw iż-żejjed. Il-membri tal-Kabinett huma kollha membri tal-istess Partit u ilkoll kemm huma jpoġġu l-lealta’ tagħhom lejn Lawrence Gonzi qabel il-lealta’ tagħhom lejn il-pajjiż.

Il-poter li għandhom il-Ministri u l-Gvern joħroġ mill-fatt li huma membri tal-Parlament. Gvern serju ġaladarba ġie ikkontestat il-mod kif huwa qed jaġixxi kien iħaffef biex iressaq quddiem il-Parlament il-mozzjoni li hemm pendenti dwar l-Isptar St Philip. Gvern immexxi min-nies ta’ rieda tajba hekk jagħmlu.

Prim Ministru serju hekk jagħmel. Iqum biex jiffaċċja is-siegħa tal-prova. Is-siegħa tal-verita’. Imma Gonzi kodard. Jipprietka li s-siegħa tal-prova waslet imma kontinwament jipposponi l-appuntament tiegħu. M’għandux il-kuraġġ li jiffaċċjah.

Il-politika m’hiex logħba ċess. Hi strument ta’ servizz. Sfortunatament bil-manuvri u l-maniġġi tiegħu Lawrence Gonzi qed jagħmel ħsara kbira lill-politka f’Malta, imma fuq kollox qed jikkundanna lill-Partit Nazzjonalista għal snin twal fl-Opposizzjoni.

Is-siegħa tal-prova qegħda wara l-bieb. Inutli li tipprova tisgiċċa.

5 comments on “Gvern li jiddisprezza l-Parlament

  1. Allura m’hemm ebda possibilità li membru parlamentari jressaq mozzjoni fejn jintalab li l-Awditur jinvestiga?
    Jekk hu hekk, dan ifisser li għalkemm l-Awditur Ġenerali huwa appuntat mill-Parlament (mhux mill-Gvern), sakemm ma jsejjaħx investigazzjoni l-Gvern (anzi xi membru tal-Kabinett, skond il-loġika tal-argument tiegħek hawn fuq) ħadd iktar m’għandu d-dritt tal-inizzjattiva?
    Mela allura mhux veru li l-kariga tal-Awditur Ġenerali hija waħda awtonoma u responsabbli lejn il-Parlament!
    Jekk f’dan il-pajjiż se noqogħdu nistennew il-mument li l-Gvern stess jiftaħ investigazzjoni fuqu nniffsu anqas jekk ikollna 20 partit fil-parlament m’aħna se ntejbu t-trasparenza u l-governabbilità!

  2. Well Gonzi’s cabinet should still be free to do, with one provisio….

    that they accept personal liability should the eventual scrutiny by the National Audit Ofiice determines that excess public funds are/were spent.
    Hopefully the eventual report will not stay beating around the bush but spelt it out loud and clear.

  3. Il-poter tal-kabinett u tal-ministri ma joħroġx mill-parlament imma mill-Kostituzzjoni. Il-kabinett huwa wieħed mill-friegħi ta’ l-istat u l-parlament u l-ġudikatura huma ż-żewġt ifriegħi l-oħrajn. Madankollu, biex tkun ministru f’pajjiżna, bilfors trid tkun parlamentari. U dan hu difett kbir fis-sistema tagħna għax il-maġġiorparti tal-parlamentari interess wieħed għandhom wara illi jitligħu fil-parlament : illi jilħqu ministri.

    Illi l-Parlament huwa s-Ċinderella ta’ l-istat m’huwa xejn ġdid : tant kemm hu hekk illi spiss isir diskors illi l-parlament għandu jsir awtonomu mill-gvern meta fil-fatt għandu jkun kompletament separat mill-eżekuttiv.

    Imma d-disprezz m’hux b’hekk biss jitnissel : jitnissel bl-attendenza fqira tal-parlamentari u bl-interventi spiss foqra u rrilevanti illi jsiru fuq materji ta’ mportanza kbira. Jitnissel ukoll minn dawk il-parlamentari illi jaċċettaw karigi ta’ uffiċjali pubbliċi kontra dak illi tgħid il-Kostituzzjoni fl-artiklu 54 u 55. JPO huwa każ minnhom u l-fatt illi huwa chairman tal-Kunsill Malti tax-Xjenza u Teknoloġija jirrendieh ineliġibbli bħala deputat. Bħalu hemm bosta oħra u nażżarda ngħid illi anke l-kariga ta’ assistent parlamentari tirrendi lid-deputati in kwistjoni ineleġibbli. Il-Kostituzzjoni ssemmi biss lill-ministri u lis-segretarji parlamentari (illi m’humiex membri tal-kabinett) u għalhekk, dawk l-assistenti parlamentari m’huwiex eżentati mir-regola ġenerali.

    Is-separazzjoni tal-poteri f’demokrazija hija essenzjali u n-nuqqas tagħha f’pajjiżna hija possibilment waħda mill-akbar fatturi tal-istat fqir tal-politika illi għandna. Il-fatt illi l-membri tal-fergħa l-oħra, il-ġudikatura huma maħturin esklussivament mill-esekuttiv tkompli tkompli tikkonċentra l-poter fil-Kabinett għad-detriment tal-parlament u tal-ġudikatura. M’hux ta’ b’xejn illi d-deputati jridu ikunu fil-Kabinett u ma tantx jinteressawhom affarijiet oħra.

    • I really think Dr Ellis should publish this very informative piece in one of our Sunday papers. I regularly follow his articles on ILLUM and always find them to be among the most interesting that our press offers.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s