Araw sewwa ir-ritratt ta’ hawn fuq. Dan juri l-parti t’isfel ta’ billboard li l-Labour Party qiegħed f’San Pawl il-Baħar fil-kantuniera bejn il-Coast Road ħdejn Kennedy Grove u t-triq li twassal sal-lukanda Bella Vista.
Kif jidher sewwa l-billboard apparti li b’mod perikoluż qed jistrieħ fuq xi bricks qed jostakola kompletament u għal żmien twil l-użu ta’ rampa intenzjonata għal persuni b’diżabilita’.
Imbagħad il-Labour jieħdu għalihom meta ngħidulhom li jgħidu ħaġa u jagħmlu oħra.
Kif jidher ix-xoghol saret b’nuqqas ta,hsieb.Ma’ nahsibx li kienet intenzjonata li tistakola lill persuni b,disabilita.
George, bi hsieb u mhux bi hsieb il-PL gibdulhom l-attenzjoni rigward dan il-billboard u taf x’azzjoni hadu?……………xejn
Issa jien nghix il-Qawra u nghaddi spiss minn hemm, hemmhek juzaw il-bankina hafna nies li jmorru jimxu jew jogging u bhalissa qed ikollhom jinzlu fit-triq tant perikuluza (coast road ) waqt li jekk tghamel grigalata ghandi dubji serji jispiccax fuq xi karozza dak il-billboard apparti kif tenna l-perit ostakolaw rampa (ghal puschairs u wheelchairs). Il-propoganda tigi qabel kollox.