(updated)
Għadni kif qrajt fuq di-ve li l-Gvern ser jibgħat il-ftehim dwar l-isptar St Philip għand l-Awditur Ġenerali biex ikun eżaminat il-proċess kollu.
Di-ve jghidilna :
“The Government has announced its intention to submit the contract to the Auditor-General for a full review and evaluation of the process regarding the leasing of St Philip’s Hospital.
The report that will be drawn up by the Auditor-General will then be presented to the Public Accounts Committee for full parliamentary scrutiny.”
Tajjeb. Pass il-quddiem. Ma kellux għalfejn jistenna daqshekk biex jieħu dan il-pass.
It-Times tippubblika l-istorja kollha u din tinkludi d-deċizjoni li l-kuntratt tal-kirja xorta ser ikun iffirmat. Ir-raġuni mogħtija hi in-nuqqas ta’ sodod fl-isptar. Ir-raġuni reali hi l-bejgħ b’subbasta tar-residenza ta’ Frank Portelli li kellha issir il-ġimgħa d-dieħla kif fissirt f’post ieħor f’dan il-blog.
Nistennew x’ser jiġri iktar.