Time 2BFrank

In-negozjati dwar il-bejgħ/kiri tal-isptar St Philip’s ftit li xejn hu magħruf dwarhom. Għax saru fil-kwiet u ħlief lejn l-aħħar ftit li xejn kien hemm paroli dwarhom. Hu diffiċli ħafna li issib informazzjoni. Imma ftit sibt ukoll.

Nhar l-4 t’Ottubru 2012  t-Tribunal Għat-Talbiet iż-Żgħar taħt id-direzzjoni tad-Dottoressa Yana Micallef Stafrace tat deċiżjoni fit-talba numru 1515/2010 bejn żewġ kumpaniji: Icon Studios Limited (C 26538) u Golden Shepherd Group Limited (C 14949). Ta’ l-ewwel kienet rappreżentata mill-Avukat Ġeġe Gatt iben Austin Gatt. Tat-tieni rappreżentata mis-CEO tal-Isptar St Philip’s, t-Tabib Frank Portelli.

Il-każ kien dwar ammont żgħir (€1663.80) li Ġeġe ried lill-Frank iħallas ta’ xogħol fuq website li kien għamillu wara li kienu iltaqgħu u ftehmu dwar dan fil-Lukanda Westin Dragonara nhar it-23 ta’ Diċembru 2009! Id-deċiżjoni kienet favur Ġege. Frank kien ordnat iħallas l-€1663,80 bl-interessi.

Ta’ interess fid-deċiżjoni hemm dan il-paragrafu enumerat bin-numru 7 :

“Wasalna fl-1 ta’ Marzu 2010 ……………… u Dr. Portelli qed isemmi n-negozjati li kellu mal-Gvern li kienu ilhom għaddejjin għal-18-il xahar u li kien għadu jittama f’konkluzjoni.”

Mela issa nafu li in-negozjati bdew madwar sitt xhur wara l-elezzjoni ta’ Marzu 2008 u 18-il xahar wara (f’Marzu 2010) kienu għadhom għaddejjin.

In-negozjati bdew sitt xhur wara l-elezzjoni tal-2008.

Nafu x’kien l-impenn ta’ Frank fl-2008 f’Villa Arrigo jassisti lil Gonzi fil-ġirja tiegħu wara n-nagħaġ li intilfu!

Fid-dawl ta’ dan kolli l-Gvern għandu obbligu ikbar li jwieġeb ħafna mistoqsijijiet dwar l-isptar St Philips. Hemm bżonn ta’ tweġibiet ċari dwar kemm l-isptar St Philips jaqdi l-ħtiġijiet tad-Dipartiment tas-Saħħa u kemm ġew meqjusa sewwa l-alternattivi.

Fl-assenza ta’ tweġibiet ħadd m’għandu jagħti tort lill-ħadd li jikkonkludi li l-ftehim li jidher li huwa konkluż huwa ħlas minn fondi pubbliċi għall-ħidma f’Villa Arrigo fl-interess tal-Partit Nazzjonalista lejlet l-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu 2008.

L-Awditur Ġenerali għandu jeżamina sew x’ġara.

Il-Parlament għandu bżonn jistenbaħ ftit!

Its time 2BFrank.

4 comments on “Time 2BFrank

  1. Naħseb illi kieku kien hemm dan it-taħwid kollu, kieku n-negozjati ma kienux jieħdu erba’ snin biex jiġu konklużi. Il-kwistjoni hi jekk l-ftehim jagħmielx sens lill-istat. Prima facie, fl-opinjoni tiegħi, jagħmel għax il-gvern ser ikollu l-għażla illi jirkupra ħafna miċ-ċens li jkun ħallas jekk jixtrih. Naħseb illi l-prezz ta’ € 12 m ukoll jista’ jiġi ġġustifikat x’ħin tqis kemm trid spiża kapitali biex tibni u tgħammar sptar. Diġa saru żbalji kbar b’Mater Dei illi minn research hospital spiċċa fi sptar ġenerali u hu mportanti illi dawn l-iżbalji ma jirrepetux. Nissuspetta illi b’dan il-ftehim l-Istat ser ikollu l-opportunità illi jpatti għall-iżball illi għanda sptar b’numru ta’ sodod anqas milli kellna San Luqa. Nittama illi dawn is-sodod ma jibdewx jimtlew bil-każijiet soċjali.

  2. Ma naħsiebx illi sptar ta’ 110-il sodda bl-impjant kollu li fih (u kulħadd jaf li ma kienx xi sptar tal-qamel) u bil-potenzjal ta’ tkabbir li għandu u l-fatt illi huwa tant qrib Mater Dei huwa xi dagħwa illi jiswa € 12 m jekk jinxtara. U ma naħsiebx illi biex tirranġa San Luqa ser jiġi anqas. Inti taf bħala perit illi ħafna drabi jaqbillek tibni mill-ġdid milli toqgħod tirranġa u traqqa’. U jekk il-gvern ikun għaqli jista’ jagħmel bagatella flus fil-mod kif jisviluppa San Luqa anke bħala svilupp ta’ propjeta’ residenzjali u/jew kummerċjali ta’ livell għoli. Il-pajjiż għandu x’jiggwadanja illi assi fis-settur mediku ta’ kwalità għolja jibda jintuża mill-ġdid u ma jispiċċax żdingat.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s