Il-Gvern jagħmel sew jekk isib mod kif jista’ jagħmel użu bl-aħjar mod tal-faċilitajiet tal-Isptar St Philip’s, propjeta’ tat-Tabib Frank Portelli.
Biex jagħmel dan iżda għandu l-obbligu li jsegwi r-regoli finanzjarji. Fosthom li jrid joħroġ tender pubblika. Minkejja li jidher li n-negozjati mat-Tabib Frank Portelli jinsabu fi stadju avvanzat tant li bdew ħerġin id-dettalji fil-gazzetti s’issa ma ħarget l-ebda tender pubblika. Ħarġet biss expression of interest f’isem il-kumpanija reġistrata bħala sid l-isptar. Sid l-isptar talab sottomissjonijiet minn min hu interessat li jieħu l-isptar f’idejh!
M’għandi l-ebda dubju li t-Tabib Frank Portelli jkun irid li jsir kollox above board. S’issa jidher li hu mexa sewwa imma l-Gvern għal darba oħra miexi b’disprezz lejn ir-regoli finanzjarji.
Dejjem hekk jagħmel il-Gvern lejliet l-elezzjoni. (Id-darba l-oħra kien imiss lill-MEPA għal bosta irregolaritajiet lejlet l-elezzjoni!) Dan hu ħażin u għandu jkun it-Tabib Frank Portelli l-ewwel wieħed li jsemma’ leħnu fuq hekk. Wara kollox kien Frank li kontinwament semma’ leħnu kontra l-irregolaritajiet.
Jiena naf lil Frank bħala persuna serja. Nittama li ma jiddiżappuntanix.
Għal Frank dan hu l-mument tal-verita!
Nahseb li jaghlaq halqu ghax jaqbillu.Kullhadd ihokk fejn jieklu.
Kind Regards,
George
George Farrugia
T.: +356 21637068
M.: +356 99426693
F.: +356 21637068
E.: geomar68@onvol.net