Il-Gvern, qalilna Gonzi ser jippreżenta l-budget u dan ser ikun il-mument tal-verita.
Gonzi uża lingwaġġ ftit bombastiku biex jilgħabha tal-vittma. Gonzi qalilna li kulħadd irid jerfa’ r-responsabbilta’ tiegħu.
Fiċ-ċirkustanzi preżenti l-verita’ hi li l-budget hu irrelevanti. Bħall-Gvern.
Il-Gvern ma jafx fejn qiegħed. Kull fejn isib l-iebes jirtira. Bħalma għamel dwar il-parkeġġi. L-ewwel għaffiġha. Meta permezz ta’ żewg mozzjonijiet ippreżentati fil-Parlament (waħda mill-Opposizzjoni u l-oħra minn Franco Debono) ġie ikkontestat dak li għamel Austin Gatt il-Gvern daqq l-irtirata.
Hu Gvern li ma jafx x’inhu jagħmel. Bħar-riforma tat-trasport pubbliku li minkejja l-infieq f’ruxxmata konsulenzi għad ma tatx ir-riżultat mixtieq, sena u nofs wara li bdiet.
Bħat-taħwida tal-Fairmount. F’hiex waslet l-inkjesta? Min kien responsabbli għat-telf kbir li għamlet it-tarżna minn dan il-kuntratt li kompliet tagħtiha d-daqqa mortali? Mhux Austin Gatt ukoll kellu jġorr ir-responsabbilta’ politika għal dan il-falliment?
Veru, l-mument tal-verita’ qiegħed wara l-bieb: il-budget hu irrelevanti.
Kollu verita li qieghed tghid Carmel.Ilqadt ilmusmar fuq rasu,bhall dejjem fil-kitba tieghek.
Kind Regards,
George
George Farrugia
geomar68@onvol.net
Perit, jien skandalizzajt ruhi nara dak li ilu jigri x-xhur fil-Parlament Malti. Oxxenita assoluta.
Min ser jikkonvincini li dawk il-balbuljati u konfoffi li saru u qed ikomplu jsiru kuljum fl-oghla isitituzzjoni ta’ pajjizja huwa ”ghall-interess tan-nazzjon”? Dr. Gonzi jibqa’ jissemma fl-istorja bhal l-Prim Ministru lim’gharafx jagixxi fl-interess tall-pajjiz meta kien hemm bzonn serjissimu li dan isir. Baqa’ jiggverna b’mod inefficenti u redikolu ghall-ahhar. Hasra….l-P.N.haqqu ferm ahjar minn hekk!
Dan l-episodju juri xi haga mportanti: kemm is-sede tal-President ta’ Malta huwa biss ”figure head” minghajr sahha kostituzzjonali.