Gonzi fir-rokna

Lawrence Gonzi qiegħed fir-rokna. Ilu jilgħab logħba perikoluża. Imma issa qiegħed joqrob lejn l-aħħar.

It-tmexxija tiegħu tal-Partit Nazzjonalista u tal-Gvern imxiet mill-ħażin għall-agħar.

L-ewwel linja ta’ difiża tiegħu kienet li m’hux hu kien responsabbli. Imma t-team li wiret. Għalhekk RCC u Joe Saliba ħarġu bil-brand ta’ gonzipn.

Gonzipn fissret il-konvinzjoni ta’ Gonzi u dawk ta’ madwaru (RCC, Joe Saliba u Austin Gatt) li l-Grupp Parlamentari u l-Kabinett ma jiswew għalxejn. Hu kollox. Qabel l-elezzjoni fil-fatt lil Molly Bordonaro Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti qalila li ma kellux minfejn jagħżel Kabinett sura. Għalhekk wara l-elezzjoni lil uħud infurmhom b’SMS li s-servizzi tagħhom ma kellux aktar ħtieġa tagħhom.

Dak li qed jiġri llum fil-Parlament hu l-konsegwenza ta’ dak li Gonzi u Saliba ħawlu snin ilu. Fil-fatt li tiżra’ taħsad.

Fil-Parlament smajna lil diversi jkunu kritiċi ta’ dak li kien qed jagħmel kif ukoll ta’ dak li ma kienx qed jagħmel il-Gvern: gonzipn. U ġaladarba l-istrateġisti għoġobhom jidentifikaw il-Gvern ma persuna waħda (l-brand Gonzi) jridu joqgħodu għall-konsegwenzi : li l-istess persuna terfa’ r-responsabbilta ta’ kull ma ġara.

Ma hemm xejn ħażin li diversi membri parlamentari ħasssew il-ħtieġa li jitkellmu fil-pubbliku dwar dak li kien miexi ħażin. Dan hu rifless ta’ l-integrita’ tagħhom li quddiem triq li qed twassal għal diżastru u kollass komplet tal-PN huma għażlu t-triq tal-irġulija. Bil-bibien magħluqin setgħu faċilment imxew mal-kurrent. Bi grupp parlamentari li jippreferixxi l-inċens, bi tmexxija li tippreferi lil min jilgħaq hu pożittiv li diversi fetħu ħalqhom u qalu lil Gonzi u lir-reqdin ta’ madwaru li dak li qalu ma kienx jikkorrispondi ma dak li għamlu.

Gonzi ipprova jixtri lill-kritiċi. Ħoloq u ħatar numru ta’ Assistenti Parlamentari. Kariga immudellata fuq il-Parliamentary Private Secretary fil-House of Commons bid-differenza li fil-House of Commons hu unur li tinħatar. F’Malta titħallas biex forsi tinxtara u tagħlaq ħalqek.

Il-kritiċi parlamentari nazzjonalisti ta’ Gonzi għamlu żball wieħed. Ma kkordinawx il-ħidma bejniethom. Li għamlu hekk kienu jkunu effettivament qed iwaqqfu kurrent b’mod formali u kienu jġibu lil Gonzi f’postu żmien twil ilu.  Kienu jġibuh għarkuptejh u possibilment kienu jiffrankaw lill-pajjiż numru ta’ deċiżjonijiet żbaljati.

Iktar ma jgħaddi żmien imma Gonzi qed jitfixkel f’saqajh. Flok ma joqgħod attent għal dak li jagħmel (hu u ta’ madwaru) qiegħed ta’ kuljum iwassal messaġġ li l-arroganza hi element essenzjali tal-għodda ta’ tmexxija li hu għażel.

Mhux l-ewwel wieħed mill-mexxejja politiċi ta’ dan il-pajjiż li sab ruħu f’din il-posizzjoni. Hu dak li tagħmel meta tkun fir-rokna.

Advertisements

One comment on “Gonzi fir-rokna

  1. Artiklu bomba – verita shiha tal-fatti.
    Jien kont nazzjonalist. Hsibt li Dr. Lawrence Gonzi kien ta min joqghod fuqu, serju, kapaci….Malajr hadt qatgha u tkazajt meta: lill-ex-Ministri tahom eluf ta’ liri minn flus il-poplu – holoq precedent immens u dan sabiex jipprova jizgura li ma tqumlux rewwixta meta kellu biss siggu maggoranza. Gonzi ghamel dak li dejjem ghamel: pogga l-interess politiku u personali qabel dak nazzjonali.
    Imbaghad, kif spjegajt int Perit, Dr. Gonzi ta eluf ta’ ewro lill-backbenchers sabiex jaghlqilhom halqhom. Inrnexxielu jaghlaq halq ftit imma kien hemm irgiel li aktar komplew bil-kritika gusta taghhom….Dr. Gonzi, miskin, haseb li l-Maltin kollha cwiec u ma kienux qed jindunaw bl-oxxenitajiet li hu kien qed jaghmel.
    Imbaghad ta rigal lilu nnifsu u lil ta’ madwaru….e500 zieda fil-gimgha bla ma qal lill – Parlament. Lill- haddiem tah mizerja bhala ”zieda” – affarijiet li jigru biss fl-aghar pajjizi fejn m’hemmx demokrazija vera.
    Trid ikollok qoxra hoxna pulzieri biex terga’ titlob il-fiducja tal-poplu taht dawn ic-cirkustanzi.
    Ha jivvutawlu l-Konsulenti bazuzli (fosthom, sa fejn naf jien, ir-Rettur ta’ l-Universita (sic!) ghax huma dawn li qed ipappuha taht Gonzipn. Vot iehor minghandi l-PN ma jiehdu QATT!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s