Il-qżież ta’ Austin Gatt

Il-proċess tal-privatizzazzjoni tal-parking areas f’numru ta’ lokalitajiet f’Malta hu riżultat tal-qżież ta’ Austin Gatt u tal-akkolti tiegħu. Li jinjoraw lil kulħadd. Jidhrilhom li dak li jiddeċiedu huma ben fatt.

Fi stqarrija li ħarġet Alternattiva Demkokratika l-bieraħ fil-għaxija għidna li kien kundannabbli li Transport Malta għal darba oħra injorat lill-Kunsilli Lokali meta pprocediet bi process li jista’ jwassal ghall-privatizzazzjoni ta’ parkeggi diversi fil-lokalitajiet. Is-sens komun kien jitlob li kellhom ikunu l-Kunsilli Lokali li jingħataw ir-responsabbilta’ għall-amministrazzjoni tal-parkeggi.

Ma saret l-ebda konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali dwar il-materja u dan kontra dak li tipprovdi l-liġi dwar il-Kunsilli Lokali li tesiġi l-konsultazzjoni ma’ Kunsill Lokali dwar kull materja li teffettwa l-lokalita.

Alternattiva Demokratika taqbel mal-mozzjoni mressqa mill-Opposizzjoni fil-Parlament li twaqqaf il-process tal-privatizzazzjoni tal-parkeggi u titlob li jinghata bidu għal konsultazzjoni pubblika bl-iskop li jkunu involuti l-Kunsilli Lokali.

Kien floku l-appoġġ għal din il-mozzjoni kemm ta’ Franco Debono kif ukoll ta’ Jeffrey Pullicino Orlando.

Waqt id-diskussjoni fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra (iktar kmieni illum) Franco Debono qal li hu kien fi ħsiebu jressaq emenda biex il-mozzjoni tinbidel f’waħda ta’ sfiduċja f’Austin Gatt. Naqbel miegħu 100% għax il-qżież ta’ Austin Gatt għandu jkun iċċensurat bla ebda riżerva.

One comment on “Il-qżież ta’ Austin Gatt

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s