It-tradiment tal-Labour Party

Qed jgħidulna li min iħaddem, jiġifieri l-Malta Employers Association (MEA) qed jaqbel mal-Partit Laburista. Tafu dwar xiex? Għax il-Partit Laburista ma jridx li jirrevedi l-paga minima (ħlief għal żieda dovuta għall-għoli tal-ħajja).

Issa jiena naħseb li ħadd ma hu ta’ subgħajh f’ħalqu. Hu ċar għal kulħadd li l-Partit Laburista immexxi minn Joseph Muscat aċċetta l-posizzjoni ta’ min iħaddem li ma jridux li l-paga minima tkun reveduta.

Iżda mhux hekk kien jgħid Joseph Muscat meta kien jinsisti li għandu jkun inkoraġġit l-kunċett ta’ living wage għax il-minimum wage m’hiex biżżejjed.  Issa għal Muscat u l-Labour Party, dak li jippretendi li hu progressiv, l-minimum wage tidher li hi biżżejjed.

F’Marzu li għadda, għal min jiftakar, il-Caritas Malta ippubblikat rapport intitolat: A Minimum Budget for a Decent Living. A Research Study by Caritas Malta focusing on three low-income household categories. Fost id-diversi rakkomandazzjonijiet tagħha f’dan ir-rapport il-Caritas kienet irrakkomandat dwar il-ħtieġa li l-minimum wage tiżdied bi 13.8% u ċjoe minn €158.11 għal €180 għal ġimgħa ta’ 40 siegħa xogħol.

L-aħħar punt: il-Labour qed jgħid li flok ma jirrevedi l-paga minima fi ħsiebu jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Jiġifieri l-Labour Party daħal f’alleanza man-negozju u l-industrija biex bl-iskuża li qed iraħħas il-kontijiet għan-nies tal-paga jissussidja l-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-industrija u n-negozju.  Dan mhux biss hu populiżmu ta’ l-agħar tip talli hu r-riċetta preċiża biex ikompli jitkisser il-pajjiż. Għax biex iraħħas il-kontijiet mod wieħed għandu : jżid it-taxxi biex jagħmel tajjeb għall-ispejjes tal-Korporazzjoni Enemalta.  U dwar dan m’hu jgħid xejn (għalissa).

Mela issa għanda żewġ partiti konservattivi f’Malta : dak ta’ Lawrence Gonzi u dak ta’ Joseph Muscat li t-tnejn qed ifittxu li jaqdu mill-koxxa lill-big business. Il-Partit Laburista bil-posizzjoni li ħa dwar il-paga minima qed jittradixxi n-nies tax-xogħol u daħal f’alleanza mal-big business.

New Labour! La progressiv u wisq inqas moderat!

4 comments on “It-tradiment tal-Labour Party

    • M’hu veru xejn Enzo dak li qed tghid. Li hemm bzonn hu li perjodikament ikun ezaminat mill-gdid kif tigi ikkalkulata l-paga minima. Minn meta nholqot il-paga minima fis-snin 70 dan qatt ma gie ezaminat. Il-kompetittivita m’ghandiex tkun ibbazat fuq “cheap labour”.

  1. L-argument ekonomiku jista’ jsir mod iehor ukoll – zieda fil-paga minima (igifieri li tipremja dawk li ghalkemm bejn is-servizzi socjali u l-paga minima m’hemmx xi differenza kbira ghazlu li jahdmu xorta wahda…) – tfisser aktar flus fl-idejn. Tfisser ukoll li xoghol li jfisser FAQAR mhux accettabbli. Tfisser ukoll li ikun hawn aktar flus fl-idejn. It-tnaqqis fir-rata ta’ taxxa diga ma jaffettwax lil dawk fuq il-paga minima- dawn in-nies QATT ma jiehdu xejn, dawn in-nies l-EBDA union ma taqbez ghalihom…. imma Alla jbierek meta jizdiedu l-pagi ta’ dawk li jaqilghu aktar mill-paga minima ma jimpurtax…imma tmissx il-paga minima ta ghax “jizdied il-qghad”…mhux hekk nibqghu!

  2. Kif qal tajjeb Ralph bejn is-servizzi socjali u l-paga minima m’hemmx xi differenza kbira u nemmen illi din is-sitwazzjoni tincentiva min jirregistra u jahdem illegalment u l-Gvern ikollu johrog is-servizzi socjali waqt li jitlef ukoll dhul mit-taxxi relatati ma mpjieg.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s