Ħofra fit-triq: il-Kunsill Lokali għandu jħallas l-ispejjes

 

Il-Kunsilli Lokali issa jridu jagħtu iżjed każ tal-ħofor fit-triq.

It-Tribunal għat-Talbiet iż-Żgħar ordna lill-Kunsill ta’ Ħal-Balzan biex iħallas danni ta’ €180 lil persuna li spiċċat b’tyre tal-karozza li kellu jinbidel wara li r-rota tal-karozza spiċċat f’ħofra ftit fonda fil-wied ta’ Ħal-Balzan.

Il-każ ġara nhar it-18 ta’ Jannar 2012 u l-ħofra ma kienitx tidher għax kienet mimilja bl-ilma tax-xita. Il-Kunsill Lokali, irrappurtat it-Times online tal-lejla mhux biss naqas li jieħu ħieb adequat tat-tiswijiet meħtieġa fit-triq talli naqas ukoll li  javża lis-sewwieqa b’sinjali ħdejn il-ħofra.

Din hi deċiżjoni importanti li l-Kunsilli Lokali kollha għandhom jagħtu każ.

Forsi xi darba kulħadd jibda jerfa’ r-responsabbiltajiet tiegħu.

 

One comment on “Ħofra fit-triq: il-Kunsill Lokali għandu jħallas l-ispejjes

  1. Grazzi ta’ l-ahbar. Forsi fl’ahhar nibdew napprezzaw xi tfisser “liablility to third party” u “social responsiblity”. Sa issa, hafna drabi, paroli biss kellna.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s