Xkupilja għal Lawrence Gonzi

Interessanti l-iżviluppi ta’ l-aħħar sigħat dwar il-kandidati tal-PN għall-elezzjoni ġenerali.

L-aħħar waħda hi l-kandidatura ta’ David Casa li ser jikkontesta fuq d-distrett elettorali li minnu tela’ Franco Debono fl-aħħar elezzjoni ġenerali.

Meta wieħed iqies li Gonzi kontinwament jgħid li għandu l-obbligu li jibqa’ hemm sa’ l-aħħar, inkluż li qed jippjana li jippreżenta l-budget għal Novembru hu inevitabbli l-ħsieb li dawn huma kollha manuvri intenzjonati biex tqanqal ritaljazzjoni ta’ Franco Debono fil-Parlament.

Ħadd ma jaf eżattament x’ser jagħmel Franco meta jiltqa’ l-Parlament f’Ottubru. Kien hemm diversi dikjarazzjonijiet imma l-iktar li jispikkaw fosthom kienu tlieta.

L-ewwel li m’huwiex lest li jappoġġa Gvern li għandu lill-Austin Gatt bħala Ministru.

It-tieni li min qed jagħtih bis-sieq m’għandux jippretendi appoġġ da parti tiegħu.

It-tielet li fi ħsiebu jippreżenta mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru tas-Saħħa Joe Cassar.

Kummenti f’dan is-sens hemm kemm trid fil-blog ta’ Franco.

Sadanittant l-Awtorita’ tax-Xandir sejħet laqgħa mal-Partiti Politiċi biex ikun diskuss programm ta’ Xandiriet politiċi għall-elezzjoni ġenerali.

Għad hemm xi ħadd li jaħseb li l-elezzjoni ġenerali m’hiex wara l-bieb?  L-unika ħaġa mhux deċiża hi min ser jieħu t-tort talli tissejjaħ kmieni. Jekk jerfax il-piz Gonzi jew inkella jekk jippruvax ifarfar fuq Franco.

2 comments on “Xkupilja għal Lawrence Gonzi

  1. Carm,
    Huwa car li Gonzi u shabu qed jipprovokaw lil Franco kemm jifilhu biex dan iwaqqa’ l-Gvern. U mbaghad Gonzipn jghidu li ma baqghux hemm skond kif xtaqu ghax Franco ma hallihomx!

Leave a Reply to ganpatist Cancel reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s