Dom u Daphne : l-ewwel miraklu ?

Kellu jkun Dom Mintoff u l-art li nnegozjaw uliedu Yana u Anne biex Daphne tikteb artiklu imqanqal dwar l-ambjent. Dwar art li kellha tibqa’ barra iż-żona ta’ żvilupp imma daħħluha.  Mhux soltu li qalba taħraqha għall-ambjent! Miraklu?

Talbet inkjesta għax hu skandlu kif art li sal-1989 kienet barra miż-żona ta’ żvilupp, mill-1989 il-quddiem setgħet  tinbena. Il-pjanta l-ġdida ta’ kif setgħet tinbena l-art fiha bħal ħotba, qiesha riedu jdaħħlu biss l-art tal-familja tal-Perit.

Naqbel 100% magħha li dik l-art qatt ma messha ġiet permessa li tkun żviluppata. Imma jiena u Daphne motivati minn raġunijiet differenti.

Il-motiv ta’ Daphne hu Mintoff: għaliha dak li għandu x’jaqsam miegħu Mintoff hu kollu ħażin.

Il-motiv tiegħi hu ambjentali: jiena motivat  mill-fatt li m’għandniex bżonn bini ta’ iktar residenzi għax għandna iktar minn biżżejjed. Bħalissa għandna il-fuq minn 70,000 post residenjali vojt u żgur li m’għandniex bżonn iktar.

L-art b’faċċata fuq Triq iż-Żejtun Marsaxlokk daħlet fl-ischeme tal-bini fl-1989. Dakinnhar  iddaħħlu fl-ischeme tal-bini kwantitajiet kbar ta’ artijiet imxerrda ma Malta kollha. Uħud kien jagħmel sens li jidħlu. Oħrajn le. Irrispettivament ta’ min huma. Mhux ta’ ulied il-Perit Mintoff biss. Ta’ l-oħrajn ukoll.

Għalhekk mhux skandlu. Iżda skandli. Plural mhux singular. Jiena u Alternattiva Demokratika interessati fil-plural, mhux fis-singular. Imma Daphne hi interessata biss u esklussivament fuq il-każ ta’ Marsaxlokk. Hekk jidher ta’ l-inqas.

Dawn l-iskandli ma sarux biss fuq art f’Marsaxlokk. L-anqas ma saru biss fl-1989. Saru ukoll taħt id-direzzjoni ta’ George Pullicino fl-2006 b’dak il-proċess magħruf bħala “rationalisation”. Bħala riżultat ta’ dan il-proċess kompliet tiżdied l-art li tista’ tinbena madwar Malta kollha.

Anke dwar dan saret spekulazzjoni.   Anke hawn kien hawn pluralita’ ta’ skandli. Imma dakinhar il-miraklu kien għadu ma sarx. Alternattiva Demokratika u l-għaqdiet ambjentali biss fetħu ħalqhom!

Ħaddiehor żamm għajnejh magħluqa, meta messhom huma miftuħin beraħ il-ħin kollu. It-tnejn li huma.

Imma l-miraklu ta’ kuxjenza ambjentali ta’ Daphne għalissa jidher li hu limitata għal Triq iż-Żejtun Marsaxlokk.

Progress? Ma nafx!

One comment on “Dom u Daphne : l-ewwel miraklu ?

  1. Thankyou for setting the records straight, !!! X’differenza issa li il verita inghaded kollha. Issa qed nara l’istampa kollha . Mhux sempliciment estratt minn storja u mnedijja b’malizja sabiex tizvijja u tasal ghal konkluzjonijiet zbaljati… Nerga nghidlek Grazzi.
    Spins ta qabel elezjoni , kollox sabiex nirbhu vot. Kieku il malti jaqra , u KOLLOX , hemm ikollhu verament arma kontra il korruzjoni bil vot tieghu. Il vot b’sahhthu hafna !!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s