L-Onorevoli Franco Debono donnu jaħseb li qabel ma tfaċċa hu ħadd qatt ma tkellem dwar il-liġijiet elettorali u l-finanzjament tal-partiti. Fil-fatt fil-blogpost tiegħu tat-8 ta’ Settembru 2012 qalilna :
“If AD had any sort of rudimentary strategy they would take up my proposals for reform in the electoral law and party financing instead of playing Austin Gatt s game who has been against both.” [Nota miżjuda t-Tnejn 10 ta’ Settembru 2012: il-blogpost hawn fuq ikkwotata jista’ jkun hemm diffikultajiet dwarha għax għal xi hin illum tneħħiet minn fuq il-blog ta’ Franco Debono. Ma kien hemm l-ebda spjegazzjoni għal dan.]
Tajjeb li jkun jaf li id-dinja kienet teżisti ħafna qabel ma tfaċċa Franco Debono.
Alternattiva Demokratika ilha titkellem fuq dawn l-issues (liġijiet elettorali u finanzjament tal-Partiti) għal snin twal u dan flimkien ma issues oħra bħall-Whistleblowers Act u FOI (Freedom of Information Act) sa mit-twaqqif tagħha fl-1989.
Ikun aħjar li kienu min jtkellem u/jew jikteb jiċċekkja ftit l-affarijiet qabel ma jħarbex jew jiftaħ ħalqu.