Kemm iħobb jiċċajta Lawrence Gonzi.
Qalilna li l-Gvern hu stabbli. Kullma għandu qal, hu ftit diffikultajiet interni fil-PN.
Hekk ftit huma id-diffikultajiet!
JPO irreżenja mill-PN u illum qiegħed jokkupa siġġu indipendenti fil-Parlament. Jeżiġi li jkun ikkonsultat u wara jara x’jagħmel.
Franco Debono m’huwiex lest (skond ma iddikjara) li jappoġġa Gvern li għandu lill-Austin Gatt bħala Ministru!
Meta darba Gonzi kellu maġġoranza ta’ siġġu wieħed, dawn tgħidilhom ftit diffikultajiet?
Bil-fors tikkonkludi li meta jagħmel użu mill-kelma “stabbli” ma jafx xi tfisser! Inkella m’għandux x’jagħmel u qiegħed jiċċajta!