Il-mewt ta’ Dom Mintoff bla dubju tnissel ħafna reazzjonijiet.
Il-bniedem kien il-kawża ta’ kontroversji waqt ħajtu u bla dubju jibqa’ jkun ta’ kontroversji wara mewtu u dan għal snin twal.
Bosta, inkluż jien, kitbu dwaru u dwar il-ħidma tiegħu bi kritika għal din il-ħidma.
Għalkemm il-ħidma tiegħu kienet kontroversjali u bosta drabi b’metodi mhux aċċettabbli jibqa’ l-fatt innegabbli li Dom Mintoff għal snin twal ta’ servizz lill-Malta biex iġibha l-quddiem. Ta’ ħin u saħħtu għal iktar minn 50 sena u kompla fejn ħalla Pawlu Boffa fl-iżvilupp tas-servizzi soċjali.
L-aħħar kontribut politiku tiegħu wassal biex Malta daħlet fl-Unjoni Ewropeja. Għal dan għad jibqgħulu grati l-ġenerazzjonijiet futuri.
Gd mng Carmel.Naqbel mieghek 100%.Jien segwejt hajtu ghall zmien twil.Il-bilanc tal-mizien huwa favorih.Malta tilfet bniedem Dinamiku.
Kind Regards,
George
kemm domt biex hadt ic-certifikat ta Perit taht il_labour? Jghidilhom lil l-istudenti tallum il grajja tieghek ma Lorry Sant dak li tant kien ihobb lil-haddiem.