Kemm inħolqu impiegi? Kemm żdiedu l-impiegi?
Bħalissa, u għal dawn l-aħħar ġimgħat ilna nisimgħu verżjonijiet differenti dwar x’ġara. Veru li inħolqu 20,000 impieg? Hekk qed jgħid il-Gvern. Imma l-Opposizzjoni qed tgħid li l-Gvern qed jigdeb.
Issa Anġlu Farrugia qed jgħid li anke’ Tonio Fenech jaqbel miegħu għax id-dokument ta’qabel il-budget, skond is-Sur Anġ, jikkonferma dak li qed jgħid il-Labour.
Fil-pre-budget dokument, fit-Tabella 1.1 li qegħda fuq paġna 4 sibt li t-total tan-nies jaħdmu fl-2008 kien ta’ 145,518 u dawn żdiedu għal 149,764 fl-2011. Jiġifieri f’dan il-perjodu bejn l-2008 u l-2011 it-total ta’ Maltin jaħdmu żdied b’4,246 (erbat elef, mitejn u sitta u erbgħin).
Fl-istess perjodu, skond l-istess dokument ta’ qabel il-budget, dawk jirreġistraw għax-xogħol żdied in-numru tagħhom b’233 (mitejn u tlieta u tletin).
Issa jiena dawn iċ-ċifri ma nafx kif qed jingħad li jgiddbu d-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru li inholqu 20,000 impieg. Għax jekk żdiedu fl-impieg 4,246 persuna meta inħolqu 20,000 ifisser li matul l-istess perjodu intilfu 15,754 impieg. Din hi l-vera figura allarmanti! Bħalma huwa inkwetanti li l-kwalita’ tax-xogħol li inħoloq f’ħafna każi huwa inferjuri għax-xogħol li intilef.
Issa jiena forsi ma nafx naqra daqs is-Sur Anġ, imma s-somom għadni naf nagħmilhom.
Issa s-Sur Anġ mhux ta’ subgħajh f’ħalqu u forsi xi ftit jaf jaqra ukoll. Imma naħseb li jkun iktar kredibbli kienu jgħid il-fatti kif inhuma mingħajr ma jipprova jagħtihom il-kulur.
Gd mng Carmel.Kif ghamilt il-kalkoli int ghandek ragun,li jaqbel hafna ma’li qal Anglu . Kieku tlifna eluf ta’haddiema.Forsi sparixxew ? Mel issa qieghdin naghmlu l-Magics ?
Kind Regards,
George Farrugia
Li mhux qed isiru l-magics. Intilfu numru ta’ impiegi. Fosthom mill-fabbriki tat-tessuti li ghalqu. Mit-tarznari u numru ohrajn. L-impiegi l-godda in parti ghamlu tajjeb ghal dawn!
Il-Poplu taghna ilu li tilef il-fiducja fl-istrutturi politici ta` pajjizna. Resqin lejn il-hamsin sena tal-Indipendenza taghna u l-Poplu qed jara lil Malta tinbena u titnezza fl-istess hin ghax kull min hu ghall-Parlament qed jahseb biss fil-poter u l-privileggi li jkun hemm ghalih u ghal ta` madwaru………..il-Korruzzjoni f`pajjizna saret Kostituzzjonalizata u hafna nies qed jigu vvitimizzati ghax huma ta` integrita` kif gralu Falzon billi fil-MEPA hemm bosta korruzzjoni kif del resto taf inti ukoll, Carmel.