Gonzi jaħseb fit-tul !

Veru li Lawrence Gonzi jaħseb fit-tul.

Fl-2004 meta Josef Bonnci irreżenja minn Membru Parlamentari biex ħa l-ħatra fil-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropeja ġie co-opted floku t-Tabib Pjiskjatra Joe Cassar.

Min qatt ħaseb daqshekk bil-quddiem dwar x’kien ser ikolllhom bżonn l-Onorevoli Membri Parlamentari.

Issa f’mossa oħra li tħares fil-bogħod ser jippreżenta bħala kandidat fuq Tas-Sliema lill-kardjoloġista Albert Fenech. Jidher li li l-politika ftit tinteressah b’tali mod li jekk jitla’ fil-Parlament ser jagħti kontribut daqs numru ta’ tobba oħra Onorevoli li rari ħafna jersqu lejn il-Parlament.

Jidher imma li anke fil-Parlament jista’ jkun hemm bżonn tas-servizzi professjonali tiegħu meta jkun magħruf x’inhi l-qagħda reali tal-finanzi tal-pajjiż.

Kif intqal fi blog oħra “il-profs Fenech se jkollna bżonnu fil-Parlament, għax ħafna qlub mhux se jkunu jifilħu iżjed, x’ħin inkunu nafu f’liema stat huma l-finanzi tal-pajjiż.”

Ara vera Gonzi jaħseb fit-tul. L-ewwel psikjatra u issa kardjoloġista!

2 comments on “Gonzi jaħseb fit-tul !

  1. Gd mng Carmel.Naqbel mieghek ghax ser ikollom bzonnu bit-taqtieh ta’qalb li ghandna.(lili salvali hajti meta ghamilli il-molla).

    Kind Regards,

    George Farrugia

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s