Veru li Lawrence Gonzi jaħseb fit-tul.
Fl-2004 meta Josef Bonnci irreżenja minn Membru Parlamentari biex ħa l-ħatra fil-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropeja ġie co-opted floku t-Tabib Pjiskjatra Joe Cassar.
Min qatt ħaseb daqshekk bil-quddiem dwar x’kien ser ikolllhom bżonn l-Onorevoli Membri Parlamentari.
Issa f’mossa oħra li tħares fil-bogħod ser jippreżenta bħala kandidat fuq Tas-Sliema lill-kardjoloġista Albert Fenech. Jidher li li l-politika ftit tinteressah b’tali mod li jekk jitla’ fil-Parlament ser jagħti kontribut daqs numru ta’ tobba oħra Onorevoli li rari ħafna jersqu lejn il-Parlament.
Jidher imma li anke fil-Parlament jista’ jkun hemm bżonn tas-servizzi professjonali tiegħu meta jkun magħruf x’inhi l-qagħda reali tal-finanzi tal-pajjiż.
Kif intqal fi blog oħra “il-profs Fenech se jkollna bżonnu fil-Parlament, għax ħafna qlub mhux se jkunu jifilħu iżjed, x’ħin inkunu nafu f’liema stat huma l-finanzi tal-pajjiż.”
Ara vera Gonzi jaħseb fit-tul. L-ewwel psikjatra u issa kardjoloġista!