Il-professuri tad-demokrazija

Jekk taqra l-kummenti online tat-Timesof Malta.com kif ukoll xi blogs tieħu l-impressjoni li għandna ħafna professuri tad-demokrazija jiġru mas-saqajn.

Wieħed minn dawn hu Alex Sciberras Trigona li fl-artiklu tiegħu tal-lum intitolat Undue compensation argumenta illi meta JPO irreżenja mill-PN il-leġittimita demokratika tal-Gvern spiċċat.

Il-leġittimita tal-Gvern toħroġ mir-riżultat elettorali tal-2008 u minn imkien iktar. Nistgħu nikkritikaw is-sistema elettorali bħala li hi inġusta, u fil-fatt aħna f’AD hekk nagħmlu għax is-sistema tillimita l-aritmetika tal-proporzjonalita għall-PN u l-PL u tiġi taqa’ u tqum mill-bqija! B’daqshekk ma jfissirx li l-Parlament m’huwiex leġittimu. Jfisser li seta’ kien iktar rappreżentattiv.

Li l-Gvern qiegħed f’posizzjoni diffiċli huwa veru, bħalma hu veru li l-appoġġ Parlamentari li jgawdi l-Gvern hu wieħed dubjuż għax m’huwiex dak l-appoġġ li nassoċjaw ma Gvern stabbli. Hi sitwazzjoni ftit tollerabbli għax qegħdin fi tmiem ta’ leġislatura. Li kienet l-istess sitwazzjoni fil-bidu ta’ leġislatura kienet tkun materja li tirrikjedi deċiżjonijiet politiċi immedjati.

Ma naħsibx li AST għamel wisq ġid lill-Partit Laburista bl-artiklu tal-lum. Meta tagħsar l-artiklu ma toħroġ xejn. Imma min għandu għajnejn u moħħ jiftakar li dawk li fil-passat ma tantx taw isem tajjeb lil-Labour għadhom mas-saqajn. Il-kredenzjali demokratiċi ma’ jirriżultawx biss minn dak li ngħidu imma iktar minn dak li nagħmlu! Is-sehem ta’ Alex Sceberras Trigona fil-leġislatura tal-1981-87 hi l-ikbar prova tal-kredenzjali demokratiċi tiegħu. Mhux biss li ipparteċipa fi Gvern li l-maġġoranza assoluta tal-elettorat ma riedux. Imma ukoll dwar il-mod kif mexxa l-politika barranija tal-pajjiż. L-ikbar eżempju hu l-ftehim sigriet mal-Korea ta’ Fuq.

Għall-Partit Laburista l-kontribut ta’ AST u l-presenza mill-ġdid tiegħu fit-tmexxija tal-Partit huma sinjali posittivi li dawk li tgerrxu fil-passat ġew lura u li l-Partit hu back in business. L-artiklu tal-lum jikkonfermaw li l-Partit mhux biss hu back in business, imma li its business as usual!

2 comments on “Il-professuri tad-demokrazija

  1. Perit
    Kull min ghandu s-sens u ghandu warajh l-esperjenza taz-zmenijiet indikati minnek – 1981 – 87 bil-fors ikollu jaqbel ma’ l-argumenti mressqa fl-artiklu.
    Hasra jekk il-Labour jaghmel l-izball li jhalli affarijiet bhal din l-ahhar minn Sciberras Trigona ihammlulu wiccu mal-poplu u aktar u aktar mal-votanti.
    Malti trid Bidla minn din l-Amministrazzjoni inefficenti Nazzjonalista. Pero Dr. Joseph Muscat irid joqghod attent hafna sabiex juri li qed imexxi Partit li Qaleb il-Folja Genwinament. Inkella il-qerq u l-ingann jergghu jirbhu u jkompli jbati ic-cittadin. Il-Qrati jkomplu inefficenti; l-ilma potabbli jibqa’ jinsteraq; i-Bahar Malti jithammeg bil-Fish Farms sabiex igawdu l-bazuzli; il-hajja tibqa’ toghla infern, ikomplu jistaghnew il-Konsulenti li jgawdu salarji doppji, jitkompla n-nepotizmu, ingann u korruzzjoni…
    .Il-Labour ghandu bzonn ikompli jnaddaf genwinament…..Jew jirriskja jitlef din l-elezzjoni ukoll. Dr. Muscat….qieghed tisma’?

  2. I agree with the thrust of the argument about change, though I am not necessarily interested in personalizing this by focusing on one character or another — whether it’s Dr Sciberras Trigona, or someone else. Rather than personalities, one needs to to focus on programmes and what parties stand for now and not what characters represent in respective histories.

    As to old characters still forming part of party machines, we all know that political parties are complex organisations and changing them radically and abruptly is easier said that done.

    The real political challenge lies with the electorate in terms of how far voters want to go with changing the political class and exercise their democratic power. I tend to be rather pessimistic when I remind myself that the Maltese tend to cling on old habits in their voting patterns. A good example is their mistrust of third parties where even when they would agree with, for example AD’s programme, the majority of voters (even independent ones) are reticent in voting for a party like AD because of the unfounded fear that third parties brings insecurity.

    Ultimately voters must have the courage of their conviction and not only reject politicians which they don’t like in both major parties, but perhaps alter their voting pattern and start considering more tactical and strategic voting across all parties.

    I personally think it’s healthy to have patterns of cross-party voting — though the electoral system in Malta is very much pitted against this (especially with the bizarre 1st preference plebiscitary system that was adopted by the then MLP and the PN after the vote-seat debacle of the 1980s).

    Tribal allegiance does no good to anyone. And this is where, perhaps, alternative parties like the Greens could focus if they want to change such patterns — even though this sounds like an insurmountable task!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s