Gvern izappap : PN imxaqqaq

Wara r-riżenja ta’ JPO minn membru tal-PN u tal-Grupp Parlamentari tiegħu, l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi issa hu Gvern li qiegħed izappap. Hu Gvern instabbli.

JPO ser jagħti appoġġ lill-Gvern minn barra l-Grupp Parlamentari. Ser jappoġġa t-twettiq tal-programm elettorali tal-PN imma jħossu liberu li jaġixxi fuq il-kumplament.

Franco Debono min-naħa l-oħra diġa iddikjara illi m’huwiex lest li jappoġġa Gvern li għandu lill-Austin Gatt bħala Ministru.

Kuntrarju għal dak li intqal minn uħud dan m’huwiex Gvern ta’ koalizzjoni, iżda Gvern li qed jikkrolla f’Parlament ta’ żewġ partiti biss. Is-sistema ta’ zewġ partiti fil-Parlament reġgħet falliet.

Veru Gvern izappap.

One comment on “Gvern izappap : PN imxaqqaq

  1. IL-POPLU MA JINSIEX. L-ISTORJA MA TAHFIRX.

    Tiftakru dan il-motto Perit ?
    Konna baghtana eluf ta kartolini li prim ministru Mintoff, sabiex infakkruh f’dak li kien qal, meta qal, “jekk ma jkollix il-maggoranza, jien ma mmexxix”. Il-kartolini kien ircevihom imma ‘njorahom.
    Baqa jiggverna (ghalkemm hu halla t-tmexxija f’idejn KMB) ghal 5 snin shah, minkejja li kellu l-maggoranza tal-votanti kontrih! Gab l-iskuza li l-maggoranza tas-siggijet hija l-maggoranza li tghodd. L-aktar 5 snin ta tmexxija moqzieza, ghaddew ukoll, u l- Poplu ma nesiex u l-istorja ma hafritx!

    Tant hu hekk, illi ghal 25 sena shah il-Partit Laburista mexxa l-pajjiz ghal sentejn biss. (u xorta ghadu jbati l-konsegwenzi ta dawk iz-zminijiet).

    L-istess se jigrilu l-Partit Nazzjonalista !

    Gonzi qed johloq precedent gdid, fid-definizzjoni tal-kelma “Demokrazija”.

    L-istorja ser tibqa tfakkru bhala dik il-persuna li mmassakrat il-kredenzjali tal-Partit glorjuz Nazzjonalista.

    Xi dnub !

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s