JPO qed jiżbalja meta qed jipprova jqabbel iċ-ċirkustanzi tal-vot tiegħu dwar RCC fil-Parlament ma dak li ġara fl-istess Parlament meta twaqqfet ir-Repubblika fl-1974. Preċiżament meta 6 membri tal-Grupp Parlamentari tal-PN immexxija minn George Borg Olivier ivvutaw kontra l-emendi kostituzzjonali filwaqt li l-bqija ivvutaw favur.
Li ġara dakinnhar kien mhux ftit differenti minn dak li qed jgħid JPO.
Għax ftit ikbar minnu fl-eta kif ukoll għax kont attiv fil-PN mill-1976 niftakar iktar dak li ġara, b’mod partikolari minn dak li qalu fil-presenza tiegħi l-protagonisti fl-avvenimenti tat-twaqqif tar-Repubblika.
Il-Grupp Parlamentari tal-PN fil-maġġoranza kbira tiegħu qabel mal-pakkett finali tal-emendi kostituzjonali. Kienu sitta biss li kienu kontra : George Borg Olivier, Joseph Cassar Galea, Alexander Cachia Zammit, Albert Borg Olivier de Puget, Alfred Bonnici u Pawlu Borg Olivier.
Il-Grupp Parlamentari tal-PN biex jevita li l-Kap tiegħu ikun imbarazzat kien insista ma’ George Borg Olivier biex ikun hemm free vote. Il-free vote fir-realta’ kien jippermetti lill-George Borg Olivier u l-ħames membri parlamentari l-oħra biex jivvutaw kontra l-posizzjoni deċiża tal-Grupp Parlamentari.
Kien fil-fatt qam fil-Parlament Ċensu Tabone, dakinnhar Viċi Kap tal-PN u fil-Parlament spjega l-vot tal-Opposizzjoni.
Apparti s-sinifikat pożittiv tal-vot fih innifsu dak il-vot kellu sinifikat kbir kostituzzjonali u kien in parti qed jirrifletti l-pariri li l-Grupp Parlamentari tal-PN kien ħa minn għand il-kostituzzjonalista Ingliż O. Hood Philips.
Dan li niftakar jiena minn dak li qalu quddiemi l-protagonisti. Nistgħu ma naqblux fuq bosta affarijiet imma m’hu fl-interess ta’ ħadd li ngħidu l-affarijiet differenti milli fil-fatt huma.
Eddie Fenech Adami and Paul Borg Olivier gave similar versions to the above, after the above was written :
http://www.timesofmalta.com/articles/view/20120717/local/fenech-adami-denies-voting-against-the-party-line-in-1974.428974
Bravu Perit. Jien ukoll, dak iz-zmien kelli 13 il-sena u ommi (Alla jahfrilha kienet attiva hafna fl-MNPN) kienet tkaxkarni maghha kullimkien.
Jien niftakar l-istorja ezatt kif qed tirrakkuntaha int.
Mhux qed jaghmel gid lil kawza tieghu, meta JPO jipprova jghawweg l-istorja biex iressaqha lejn il-likk tieghu.
Il-fatti juru kemm il-PN ta’ dakinhar kien ta vot hieles f’mument hekk krucjali kostituzzjonali u dan ma nghatax f’mument hekk krucjali kostituzzjonali meta Malta ntalbet tissehibx mal-EU u allura d-demokrazija interna f’dak il-partit kienet izjed attiva f’dawk iz-zminijiet milli hija l-lum. Wiehed jistaqsi ghaliex il-vot hieles jista’ jinghata biss f’xi kaz eccezzjonali bhal dak tad-Divorzju u mhux f’dak tal-mozzjoni ta’ RCC. Jiena mmur oltre minn hekk u nghid li l-vot hieles ghandu jinghata dejjem ghax dawn huma rapprezentanti tal-POPLU u mhux delegati tal-Partit. B’hekk id-Deputat ikun dejjem kontabbli skont kif jivvota u mhux jinheba taht l-iskuza ta’ “lealta lejn il-Leader suprem” jew biex “jigbed il-linja tal-Partit”. Dan dejjem jekk tassew nemmnu li l-interess nazzjonali jigi dejjem qabel dak tal-Partit. Konkluzjoni ohra tohrog minn dan kollu kemm hija redikola l-proposta li torbot lill-kandidat b’lealta ghamja lejn il-partit biex tkun tista’ tithalla tikkontesta. Il-kriterji demokratici ma jitolbux dawn ic-cucati. Biex ikollok il-lealta trid tahdem ghaliha mhux tippretendiha!