Bħalissa għaddejja l-ġlieda fil-PN fejn JPO qed jitlob li RCC jitkeċċa mill-PN għall-manuvri u maniġġi tiegħu li suppost għamel meta l-Labour kien fil-Gvern bejn l-1996 u l-1998.
Minn rapport fil-gazzetti jidher li x-xhieda ta’ JPO huma persuni mlaħħqin fil-Partit Laburista. Ix-xhieda li kienet ser titressaq hi fil-forma ta’ affidavit. Jiġifieri xhieda miktuba u maħlufa.
Filwaqt li ħadd m’għandu jnaqqas mill-validita’ u l-importanza tax-xhieda mogħtija b’affidavit jibqa’ dejjem id-dritt li x-xhieda jkunu eżaminati viva-voce. Ta’ l-inqas billi jkunu kontro-eżaminati.
Jidher li l-battalja ser tiġi miġġielda bi proċeduri iżjed milli fuq is-sustanza. Għax kif ġustament qed jintqal hu ftit diffiċli li tippretendi illi persuni imlaħħqin fil-Partit Laburista jitilgħu jixhdu quddiem il-Kumitat Eżekuttiv tal-PN!
Min huma x-xhieda u x’inhi is-sustanza ta’ dak li ser jitkellmu fuqu s’issa waqt li qiegħed nikteb għadu mhux magħruf. Jibqa’ imma l-fatt li jekk dak allegat għandu jkun eżaminat sewwa huwa fl-interess tal-PN li ma joħloqx barrieri proċedurali. JPO naħseb li jifhem li x-xhieda jekk iridu jkunu kredibbli ma jistawx jevitaw li ta’ l-inqas ikunu kontro-eżaminati. Jiġifieri l-persuna akkużata trid tkun f’possibilita’ li tgħarbel dak li qalu fl-affidavit. Dan jista’ jsir biss jekk ikunu lesti li jippreżentaw ruħhom għal dan l-iskop. L-affidavit biss, waħdu, għandu valur limitat.
Nistennew u naraw kif ser jiżviluppaw l-affarijiet.
It-tkeccija jew le ta’ RCC mill-PN mhix ta’ importanza kbira ghal-poplu Malti! Aktar importanti u serjissimu huma d-decizzjonijiet li ttiehdu minn wara dahar il-poplu (u mid-dehra anki minn wara dahar il-Parlament Malti) fl-isfera internazzjonali f’isem pajjizi, Malta! Mhux ahjar tibdew billi tghidulna min iddecieda li l-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta tiehu parti fil-Musik Fest tan-NATO dan l-ahhar fil-Germanja?? Tad-dahk hux jekk mhux tal-biki! Nintilfu fuq persuna u ma nindunawx li bil-hsara li saret qed idahhluna fin-NATO! U bil-banda jekk trid!! Iva meta ser nimmaturaw u FORSI nifthu ftit mohhna??
Tislijiet,
Joe