Koalizzjoni ? Ma min ?

Silta mill-intervista li Andrew Azzopardi ghamel lil Carmel Cacopardo.

Jekk trid tara l-intervista kollha :

aghfas hawn ghall-ewwel parti

aghfas hawn ghat-tieni parti.

Mistoqsija :  L-AD tikkonsidra tagħmel koalizzjoni ma’ wieħed mill-partiti l-kbar?  Jekk jinħoloq dan ix-xenarju liema partit tagħżlu?

 

Tweġiba : It takes two to tango.

L-idea ta’ koalizzjoni kienet minfuħa ftit iżżejjed waqt il-kampanja elettorali tal-2008. Teoretikament hemm żewġ possibilitajiet għal koalizzjoni. Jew qabel elezzjoni ġenerali inkella wara, meta jkun magħruf ir-riżultat.

Fix-xenarju Malti koalizzjoni pre-elettorali jkollha l-iskop illi partit kbir bħall-PN jew il-PL jiftiehem ma’ AD biex jiġi ppreżentat front wieħed elettorali. Bħala riżultat jingħaddu flimkien il-voti taż-żewġ partiti fl-ewwel għadd. B’hekk ikun iktar possibli li t-total tal-voti miksuba jkun maġġoranza assoluta jew relattiva u per konsegwenza il-front uniku ppreżentat jkun intitolat għall-maġġoranza ta’ siġġijiet parlamentari. Fil-prattika li jkun qed isir hu li l-partit il-kbir ikun qed jutilizza l-voti li jgib il-partit iż-żgħir billi jipprovdi mekkaniżmu biex dawn jingħaddu flimkien. Bil-liġi elettorali li għandna biex dan iseħħ ikun meħtieg li tkun ippreżentata lista elettorali waħda li fiha tiġbor il-kandidati kollha taż-żewġ partiti.

Issa AD m’hiex disposta illi tippreżenta l-kandidati tagħha taħt l-ebda isem ħlief dak ta’ Alternattiva Demokratika. Allura din il-possibilta’ ta’ koalizzjoni pre-elettorali hu ċar li  m’hux possibli li tkun ikkunsidrata u dan sakemm ma jkunux emendati l-liġijiet elettorali.

Koalizzjoni wara l-elezzjoni ġenerali tiddependi l-ewwel minn jekk ikollokx membri parlamentari eletti w it-tieni minn jekk il-membri parlamentari eletti jkunux meħtieġa biex tkun iffurmata maġġoranza parlamentari.  Jekk dan ikun neċessarju kollox imbagħad ikun jiddependi minn ftehim programmatiku f’liema każ AD timxi mal-programm elettorali tagħha u dan billi tiffoka fuq l-issues prinċipali u tipprova tasal fi ftehim fuq issues oħra.

Dan kollu jfisser li AD fil-preżent m’għandha l-ebda preferenza partikolari għal koalizzjoni. Jekk jinqala’ l-każ tista’ tiftiehem ma dak il-partit li miegħu tasal fi qbil fuq programm politiku ta’ ħidma li jkun ibbażat fuq il-programm elettorali. Imma dan biss wara riżultat elettorali li joħloq il-ħtieġa li tkun iffurmata koalizzjoni.

Il-programm elettorali ta’ AD għall-elezzjoni li ġejja kważi lest. L-Eżekuttiv tal-Partit diġa iddiskuta kważi l-kapitli kollha b’mod individwali. Jonqos l-aħħar tlett kapitli  li ser niddiskutuhom dalwaqt. Wara nerġgħu naraw il-programm elettorali kollu b’mod komplet u integrat. Imbagħad ikun lest għal-konsiderazzjoni tal-laqgħa ġenerali.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s