L-għajta ta’ Lawrence Gonzi kienet waħda ta’ “Flimkien kollox possibli.” Għajta li tista’ tinterpreta b’diversi modi.
Għall-bidu għażilt li nagħtiha l-iktar interpretazzjoni loġika: sejħa biex jitwarrbu d-differenzi u naħdmu flimkien.
Kienet għajta li tagħmel ħafna iktar sens fil-kuntest tar-riżultat tal-elezzjoni ġenerali tal-2008. Vantaġġ miżeru kien l-uniku ġustifikazzjoni legali biex Gonzi jerġa’ jmexxi l-Gvern. Vantaġġ ta’ 1582 vot. (Vantaġġ li jinjora l-voti miksuba minn Alternattiva Demokratika, ftit nqas minn 4,000 vot.)
Din kienet is-siegħa tal-prova li fiha Gonzi seta’ juri li bejn dak li jemmen u dak li jagħmel m’hemmx differenza. Fil-kuntest ta’ dan ir-riżultat Gonzi kieku ried seta jifhem u jaqra l-kitba fuq il-ħajt.
Gonzi kellu l-opportunita’ tad-deheb, kieku ried, li jkun leali lejn dak li wiegħed u jfassal politika ta’ “flimkien”. Li jinvolvi firxa wiesa’. Li joqgħod iktar attent li ħadd ma jkun imwarrab minħabba l-fehmiet tiegħu jew tagħha.
Minflok għaddas rasu u baqa’ għaddej kif kien b’politika diviżiva: min mhux magħna, hu kontra tagħna. Għażel il-politika ta’ gonzipn : “Waħedna aħjar”. Politika li hu jaf kollox u ħaddieħor ma jaf xejn. Politika tiegħu li jfissirha bħala li hi fl-interess nazzjonali u min ma jaqbilx allura qed jaħdem kontra l-interess nazzjonali.
Dan sfortunatament hu Lawrence Gonzi.
Lili iddiżappuntani għax kont iffurmajt opinjoni ferm tajba tiegħu. Imma fis-siegħa tal-prova wera li kien bniedem ieħor.
Ifakkarni fil-motto ta’ Lwiġi XIV: l-istat huwa jien… Fil-każ ta’ Malta flok Versailles se jkollna l-parlament il-ġdid, b’Renzo Piano bħala perit tax-xeneġġjatura u Borġ Olivier bħala ċerimonjier. Ovvjament, minkejja kull ma ġara fil-parlament din il-ġimgħa, il-kardinal li jfassal l-istrateġija se jibqa’ l-istess wieħed. Dawk li se jattendu l-ballijiet fil-ġnien tal-palazz diġa’ xiddew il-maskri karnivaleski, u ilhom jittrenjaw kif se jipprożaw bihom, billi pereżempju jmorru xi kultant fuq Xarabank biex jieħdu ftit coaching mingħand Peppi u Norman (fil-każ ta’ dawn tal-aħħar tnejn, mhux ‘l-istat huwa jien’ imma ‘io sono la bocca della verita!’)
Gonzi, irrepeta hafna mill l-izbalji li ghamel Dom Mintoff, waqt il legislatura 1981-87. U minhabba li m’ghandux id-dinamizmu tieghu qed jispicca biex ikun kopja fqira ta Mintoff, b’tali mod li qed isir aktar jixbah lil KMB milli lil Mintoff.
Kull ma jonqos hu l-vjolenza fizika li kienet issir dak iz-zmien.
Illum din tinbidel f’wahda psikologika u sottili.
Post il-marmalja tat-tmininijiet, ittihed mir-regiment tal-bloggers, li ohrog il ghageb kollha huma “sta bene”.
Ghadni niftakar lil KMB jghid, “jekk hemm bzonn li ninsew id-demokrazija biex noholqu x-xoghol, ha ninsewha. Basta pajjizna jimxi l-quddiem”.
La dak iz-zmien, u lanqas issa il-pajjiz MHUX miexi l-quddiem.
Ma tistax timxi l-quddiem u tinsa d-demokrazija warajk.
Il-Partit Laburista ghadu sal-llum ibati l-konsegwenzi tal-mentalita ta dak iz-zmien.
Il-Partit Nazzjonalista se jigrilu l-istess haga !
Aktar ma Gonzi jwarrab malajr, aktar jibda malajr it-twelid mill gdid tal-Partit Nazzjonalista. Ma nahsibx li nkun ghadni haj, meta jinqata l-ewwel frott tal PN il-gdid.