Il-Ġulġlien ta’ Lawrence Gonzi

 

Il-lejla smajt lill-Prim Ministru jgħid li persuna akkużat bl-agħar delitti kellu iktar possibilita li jiddefendi ruħu milli kellu Richard Cachia Caruana in konnessjoni mal-mozzjoni ppreżentata fil-Parlament kontra tiegħu.

Interessanti ħafna x’sentimenti għandu l-Onorevoli Lawrence Gonzi.

Taf li jiena hekk ukoll ħsibt meta fi tmiem April 2007 il-MEPA, responsabbilta politika ta’ Ministru fil-Kabinett tiegħu, iddeċidiet li ma tħallinix nibqa’ naħdem bħala uffiċjal investigattiv fl-uffiċċju tal-Uffiċjal tal-Verifika tal-MEPA.

Ħasra li dakinnhar Lawrence Gonzi ma kellux dawn is-sentimenti.

Taf li ġiebli qalbi ġulġliena?

3 comments on “Il-Ġulġlien ta’ Lawrence Gonzi

  1. Perit imissek taf li bejn il-paroli u l-irgulija hemm bahar jaqsam. L-ispekulaturi ma kienux komdi bik fl-ufficcju ta’ l-Awditur. ikkonfoffaw u nehhewk minn hemm. Hatru nies inefficenti u minghajr il-kwalifici necessarji bhala Diretturi fil-MEPA.
    Lill-Awdituru J. Falzon ssekondjawh fl-Uffficcju ta’ l-Ombudsman! Tahwid jew ahjar immaniggjar grottesk u abbusiv.
    Imbaghad Dr. Gonzi donni jrid jikkonvinvina li r-Riforma tal-MEPA kienet wahda serja u success. U hallina!

  2. Min veru jhobb il-Partit Nazzjonalista, u l-idejali li suppost kien jirrapprezenta, (il-Partit li ghixna fih jien u int, perit) illi qieghed jibki f’qalbu!
    L-ewwel qahhbu l-idejologiji tieghu, u issa qed ihalluh jimmassakra ruhu, basta jibqghu ggranfati mal-poter sal-ahhar minuta.

    Il-Partit Nazzjonalista tilef ir-raguni tal-ezistenza tieghu, minn dak il mument li warrab il-valuri Demokristjani.

    Forsi huwa veru li l-valuri Demokratici Kristjani, illum m’humiex popolari bizzejjed biex irebbhuk elezzjoni.

    Ghaldaqstant il-PN jehtieg jerga jiskopri valuri u ragunijiet sabiex jiggwidawh ghal gejjieni…..u biex isehh dan, jehtieg li jerga jibda minn isfel nett. Jehtieg li jerga jduq il-bankijiet tal-oppozizzjoni, jehtieg li jerga jimxi spalla ma spalla mal-emarginat, ma dak li jsofri ingustizzji, ma dak li jgebbed kemm jiflah sabiex il-paga jwassalha sal-ahhar tax-xahar!

    Minn go villa fil-Madliena, difficli biex tifhem il-wegghat tan-nies komuni !

    Il-Partit Nazzjonalista jehtieg li jerga jitwieled mill gdid…..imma aktar ma jdum iggranfat mal-poter, aktar se jdum biex jerga jitwieled….u itwal u itqal se tkun it-triq li jehtieg jerga jghaddi minnha.

    Jekk Gonzi baqghalu imqar ftit imhabba lejn il-Partit Nazzjonallista, jehtieg li jieqaf iqahhab lil-partitarji tieghu (li ghandhom ftit melh go mohhom) u jsejjah elezzjoni ILLUM.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s