Fil-Parlament ma’ Franco Debono

 

Illum wara nofsinnhar jiena, Michael Briguglio u Ralph Cassar għan-nom ta’ Alternattiva Demokratika ħadt sehem f’diskussjoni  dwar l-abbozz ta’ Liġi li Franco Debono stess ippreżenta fil-Parlament dwar il-finanzjament tal-Partiti Politiċi.

Iltqajna mal-Kumitat Magħżul tal-Parlament immexxi minn Franco Debono u magħmul ukoll mill-Onor. Francis Zammit Dimech u l-Onor Jose’ Herrera. Kienu preżenti ukoll rappreżentanti tal-PN u rappreżentanti tal-PL  u xi mistednin oħra.

L-inizzjattiva hi flokha. Id-diskussjoni tal-lum kienet waħda ta’ natura ġenerali kif jixhdu ir-rapporti fil-media li irrappurtaw id-diskussjoni (Times, Malta Today u Di-ve).

Fil-prinċipju irrid ngħid li Alternattiva Demokratika taqbel mal-proposta ta’ Franco. Irrid imma ngħid li hemm numru ta’ dettalji importanti li jeħtieġu diskussjoni fit-tul u possibilment li l-proposti in kwistjoni jkunu ikkunsidrati mill-ġdid.

Ta’ importanza kbira hi ir-rwol propost għall-Kummissjoni Elettorali biex tirreġistra l-Partiti Politiċi kif ukoll biex tkun ir-regulatur finanzjarju tal-Partiti Politiċi.

Id-diffikulta toħroġ mill-fatt li l-Kummissjoni Elettorali hi maħtura esklussivament miż-żewġ partiti politiċi l-kbar (il-PN u l-PL).  Żewġ partiti li kontinwament jużaw il-proċess elettorali biex jeskludu partiti oħra kif jixhdu l-emendi elettorali li saru tul is-snin liema emendi huma marbutin ma’ Parlament b’żewġ partiti politiċi.

F’laqgħat oħra  ser nidħlu iktar fil-fond fuq id-dettalji tal-abbozz bit-tama li nsibu linja komuni fejn dak li naqblu dwaru insbu kliem addattat li jesprimih.

Wara l-laqgħa Alternattiva Demokratika għaddiet lil Franco Debono bħala Chairman ta’ dan il-Kumitat Magħżul tal-Kamra tad-Deputati proposti għal tibdil fil-Kostituzzjoni dwar l-elezzjoni ġenerali. Imma dwar dan ngħidilkom darba oħra.

One comment on “Fil-Parlament ma’ Franco Debono

  1. Hawn Malta ghandna politikanti li lesti jaghmlu minn kollox ghall-poter. Il-poplu qieghed jigi michud ghazla politika aktar wisgha. Dan mhux sew. Dan imur kontra d-drittijiet umani.
    Hemm bzonn li dan l-abbuz jieqaf. Min jibqa’ ccassat u ma jaghmel xejn hati ukoll. U halluna ghax ma tikkonvincunix billi tippuzaw ta’ angli nezlin mis-sema!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s