Qrajt l-artiklu online fuq il-maltastar dwar kummenti ta’ missier Nicholas Azzopardi li l-Pulizija qalu li qabez mis-sur u miet. Inċident li jfakkarni f’Dario FO u l-kitba tiegħu li bosta minna semgħu biha: “The accidental death of an anarchist!”
Il-PN tilef ruħu u taħt it-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi qabad triq li permezz tagħha jpoġġi l-poter qabel in-nies. Għalhekk injora l-ugiegħ ta’ bosta. Għalhekk f’kunflitt bejn in-nies u l-istituzzjonijiet dejjem jappoġġa l-istituzzjonijiet (li ġeneralment jiddependu minnu). 4 snin ilu jiena tlaqt mill-PN u anke dakinnhar għidt kliem f’dan is-sens.
Jien l-istorja li l-Perit Cacopardo jirreferi ghaliha – ”The Accidental Death of an Anarchist” qatt ma qrajtha. Nista’ nimmagina x’fiha izda ma nistghax nikkummenta dwarha.
Pero rigward li ‘Il-PN tilef ruħu u taħt it-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi qabad triq li permezz tagħha jpoġġi l-poter qabel in-nies. Għalhekk injora l-ugiegħ ta’ bosta. Għalhekk f’kunflitt bejn in-nies u l-istituzzjonijiet dejjem jappoġġa l-istituzzjonijiet (li ġeneralment jiddependu minnu). ”
jien naqbel mieghu kompletament.
Dr. Gonzi jibqa’ jissapportja Ministri u individwi ohra li jkunu naqsu serjament fit=twettiq tar-responsabbilta taghhom.
Ghadni kemm gej mill-Qorti. Xeni li ma jitwemmnux fejn Mhallef jibqa’ ma jhallix appellant jitkellem – ghax ghalih huwa l-Avukat li jista’ jaghmel dan! Pulcinellar u abbuz li jfakkarni fi zmien il-Medjoevo! Mhallfin serji hemm; Mhallfin cwiec li jippruvaw, bil-paroli zejjed taghhom, jimpressjonaw ghax jahsbu li huma ahjar miill-Hallieq hemm ukoll!
Ic-cittadin jara u jisma u jinduna li l-Qrati Maltin hemm hafna u hafna difetti serji fihom. Forsi jinduna ukoll il-mahbuh President ta’ dan il-pajjiz u jsir xi haga f’dan is-sens.
Tkellem ma’ l-Avukati sur Prim Ministru, u itlobhom ikellmuk dwar l-oxxenitajiet li kienu u ghadhom qed isiru fil-Qrati Maltin! Pero, imbaghad agixxi u mhux tinsa taghmel dan!
Dr. Gonzi jaf b’dan kollu bhal ma jafu l-Avukati kollha kemm fil-P.N. u l-P.L. pero ma jigri xejn ghax liema Avukat ser jehodha kontr Mhallef?
Il-hasra hi li l-Prim Ministru stess ma aghmel xejn ghax mohhu biss li jinganna n-nies u jakkwista l-voti u l-poter. Qatt ma kont nobsor li ser jasal f’daqshekk!
Tista’ tiehu idea fuq fuq minn hawn tad-dramm ta’ Dario Fo :
http://en.wikipedia.org/wiki/Accidental_Death_of_an_Anarchist