Is-7 ta’ Ġunju : biex insarfu r-rieda popolari

Illum is-7 ta’ Ġunju infakkru ġrajja meta l-poplu Malti qam. Għolla rasu u l-irvell li irriżulta wassal għal l-ewwel Parlament Malti.

L-Ispeaker Michael Frendo din is-sena għamel diskors meqjus dwar il-ħtieġa li l-Parlament jiffunzjona dejjem aħjar.  Michael, kif ilni nafu għal iktar minn 50 sena, ħa bosta inizzjattivi kemm ilu Speaker. Bħala riżultat tagħhom il-Parlament mexa aħjar. Kien hemm xi okkazjonijiet fejn iffaċċa diffikultajiet bħal meta kien hemm min sema’ lil Justyn Caruana d-Deputata Għawdxija tivvota mod u mhux ieħor. Inċident li wassal biex ġie mwaqqaf il-proċess tal-Kumitat Magħżul tal-Kamra li kien qed jiddiskuti bosta materji ta’ importanza. Materji li ilhom jiġu diskussi imma jidher li qajla hemm rieda li jiċċaqalqu. Għalhekk, naħseb jien, ma l-iċken opportunita ikun hemm min iħoss l-utilita’ li jwaqqaf il-proċess.

Is-7 ta’ Ġunju 1919 wassal lil missierietna biex fl-1921 eleġġew l-ewwel Parlament Malti. Kien Parlament b’ħafna kuluri:  4  partiti fl-Assemblea Leġislattiva u 3 minnhom fis-Senat.

Iż-żminijiet inbidlu u l-Partiti tal-lum li qegħdin fil-Parlament għad għandhom ħeġġa kbira għar-rappresentanza  proporzjonali, imma din il-ħeġġa qegħda hemm biss sakemm teffettwa lilhom. Għalhekk bagħbsu l-Kostituzzjoni diversi drabi biex jassiguraw li bejniethom jaqsmu. Imma qagħdu attenti li jieqfu hemm.

Infakkar għal darba oħra li Alternattiva Demokratika ippreżentat proposta quddiem il-Kumitat Magħżul tal-Kamra biex dak li ġie mbagħbas fil-Kostituzzjoni mill-PN u l-PL flimkien, jissewwa’ . Biex ir-rappresentanza proporzjonali tkun tapplika għal kulħadd. Mhux għalihom biss.

F’Malta għandna sistema elettorali li f’Marzu 2008 ippremjat lill-PN b’siġġu parlamentari extra għall-1580 vot li l-PN kellu iktar mill-PL fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Imma l-istess sistema elettorali tagħmilha possibli li t-3810 vot li ġiebet Alternattiva Demokratika ma jkunux rappreżentati.

Dan il-PN u l-PL ma jridux jibdluh.

Il-proporzjonalita’ m’għandhiex tibqa’ privileġġ tal-PN u l-PL iżda strument biex tissarraf ir-rieda popolari.

Fuq dan il-blog tista’ tara ukoll is-segwenti :

17/09/2008 : Electoral reform

21/06/2010 :  AD protests in Court on discriminatory electoral legislation

23/06/2010 : AD discusses electoral reform with Speaker Michael Frendo

4 comments on “Is-7 ta’ Ġunju : biex insarfu r-rieda popolari

  1. Il-PN ġie ppremjat b’erba’ siġġijiet mhux b’wieħed. Jekk tgħodd il-voti li kisbet l-AN li bejn wieħed u ieħor jammontaw għal madwar id-differenza bejn il-PL u l-PN iġibu madwar 5000.

    Is-sistema qed tiffoka aktar dwar governabbilità. Beżżagħni xi kliem li ntqal xi xhur ilu li f’ Malta meta partit jieħu gvern għandu jkollu aktar minn siġġu wieħed maġġoranza.

  2. Il-Maltin jafu li s-sitwazzjoni elettorali qed tigi abbuzata kemm mill-P.N. kif ukoll mill-P.L.
    Jehtieg li din id-darba jsiru t-tibdiliet necessarji sabiex il-voti kollha ta’ l-elettorat jissarrfu f’rapprezentanti fil-Parlament.
    Niftakar kien Dr. Eddie Fenech Adami li zmien ilu meta kien Prim Ministru fil-Luxol, Pembroke kellu l-wicc ighid lill-folla li ma kellhomx jivvutaw lill-Alternattiva Demokratika ghaliex dan kien ifisser li jhassru l-vot. Minn dakinhar ma bqajtx immur meetings tal-P.N.
    Il-pajjiz ghandu President serju. Nispera li jaghmel xi haga dwar din il-problema, jew ahjar, ingustizzja!
    Ghalhekk ghandna President.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s