Wara li l-mozzjoni ta’ fiduċja ġiet approvata mill-Parlament il-Prim Ministru qalilna li l-kapitlu hu issa magħluq.
Ma naħsibx.
Kif kelli l-opportunita’ li ngħid iktar kmieni fil-kitba tiegħi fuq dan il-blog taħt it-titlu Id-destinazzjoni tal-Opposizzjoni li qed jiġri hu li l-Opposizzjoni identifikat punt debboli tal-Gvern u qed tiffoka fuqu.
Ma hemm xejn li jindika li Franco Debono m’għadux il-punt debboli tal-Gvern.
Li Franco Debono kapaċi jikkritika huwa posittiv. Imma dak li ġie identifikat bħala l-motivazzjoni tiegħu għal din il-kritika huwa inkwetanti. Matul tmiem il-ġimgħa diversi gazzetti u blogs irreferew għal kummenti li intqalu minn Debono fil-konfront ta’ Carm Mifsud Bonnici li jekk minnhom jixħtu dawl fuq kif jaħdem moħħ dan il-Membru tal-Parlament.
Is-Sunday Times nhar il-Ħadd irrappurtat hekk :
The former Home Affairs Minister said that last Wednesday, after the vote, Dr Debono walked up to him and said: “Take that! This is what you get for badmouthing me with the Chief Justice.”
Jekk dan hu l-mod kif jaħdem moħħ id-Deputat Nazzjonalista wisq nibża’ li l-kapitlu għadu miftuħ beraħ. Anzi għadna fl-istess faċċata. Għax dan ifisser li l-Onorevoli Membru ma jaħsibiex darbtejn li fil-konfront ta’ min jaħseb li naqsu jidħol bir-ras u jfajjar b’dak li jkollu f’idejh.
Huwa ovvju li l-Prim Ministru jrid jikkalma l-affarijiet, counting his loses kif jgħidu, bit-tama li jkun jista’ jutilizza kemm jista’ milli baqa’ minn din il-leġislatura.
Imma meta tara u tisma’ x’ġara l-mistoqsija inevitabbli hi : l-partiti politiċi xi kwalitajiet ifittxu fil-persuni li jagħżlu biex jikkontestaw għall-elezzjoni ġenerali f’isimhom? Jiena (u naħseb li bosta oħra jaħsbu bħali) tal-fehma li uħud mill-kandidati jidhru li ntagħżlu bl-addoċċ.
Perit, l-ewwelnett tajjeb li ma nemmxux kull ma jinkiteb fl-istampa! Franco Debono jista’ jkun li qal dak li gie rrappurtat li qal; pero tista’ tkun hrafa ivvintata. Dan il-gvern surmast fl-ivvintar tal-hrejjef ghaliex mohhu biss li jibqa’ fil-poter.
L-Onor. Prim Ministru imissu ilu li sejjah Elezjoni – huwa l-pajjiz li qed ibati l-konsegwenzi ta’ l-ghatx ghall-poter.
Hadd ma hu perfett. Ghalija Dr. Carm Mifsud Bonnici ma kellux l-id soda u l-karattru sod li kien jehtieg sabiex jamministra l-Ministeru tal-Guztizzja. Jista’ jkun li kien hemm min kien jaghtih il-gambetti ukoll! Twajjeb, gentlom u biezel kemm tridu, pero ”soft” wisq. Hadd ma jista’ jinnega li l-Gustizzja ma marritx ‘l quddiem tahtu. Il-kriminalita kompliet tizdied – bil-fors ghax hlief sentenzi ”sospizi” ma jinghatawx….Pulcinellar u oxxenitajiet minn Magistrati, droga fil-habs, etc. Dawn fatti li hadd ma jista’ jinnegahom!
Dawk ic-cittadini li, bhali, ilhom imorru l-Qorti u jigu stmati ghar mill-annimali f’xi swali, b-seduti ma jsirux ghaliex l-imputat vilment ma jigix….dawk li huma qatta’ bla habel kontra l-emigrazzjoni illegali kienu jwehhlu f’Dr. C. Mifsud Bonnici ghal dak li lilhom laqathom hazin.
Tajjeb li tnehha; forsi l-ohrajn jibdew ihossu ruhhom ”accountable” ghal dak li jaghmlu jew ma jaghmlux! Nistaqsi: x-sar minnha l-Whistleblower Act?
Din il-gimgha tkazajt naqra fuq i-kaz ingust u orribbli ta’ Dr. Jaccarini. Nepotizmu sfaccat li, haga li ma titwemminx, sar fi zmien it-tmexxija ta’ Dr. Eddie Fenech Adami. Kemm hu minnu li l-politikant kultant jippriedka l-gustizzja, fraternita u demokrazija waqt li jkun b’ghemilu, qed jaghti bis-sieq lil dawn u valuri simili. Hasra. Issa min ser ihallas lil Dr. Jaccarini….it-taxpayer jew?
Haga wahda hija certa: li kieku ma kienx ghal Dr. Franco Debono, x’aktarx li la kien ikun hemm riformi fil-Qrati u wisq aktar fil-Kostituzzjoni!
Dak li suppost intqal hu konfermat minn diversi.
Dwar id-difetti ta’ Carm fl-amministrazzjoni: essenzjalment bniedem kalm (kultant kalm izzejjed). Imma l-kalma thallik tahseb car u possibilment taghmel inqas zbalji. Dak li ntqal fil-Parlament fuq il-Ministeru tal-Intern ma kienx fl-opinjoni tieghi jiggustifika mozzjoni ta’ sfiducja.
Ikolli nirrispetta l-gudizzju tieghek. Pero ma naqbilx mieghek, skuzani!