Lawrence Gonzi kellu għażla.
Fil-Parlament ġew ippreżentati żewġ mozzjonijiet.
L-ewwel mozzjoni kienet il-mozzjoni numru 260 imressqa minn Franco Debono u li kienet tittratta dwar diversi miżuri ta’ riforma u tibdil li l-istess Debono ħass li kien meħtieġ fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Intern. Kienet mozzjoni li ġiet ippreżentata nhar it-8 ta’ Novembru 2011. Għalkemm kritika il-mozzjoni kienet essenzjalment waħda posittiva.
It-tieni mozzjoni kienet il-mozzjoni numru 280 ipreżentata mill-kelliema tal-Opposizzjoni Michael Falzon u Jose’ Herrera nhar il-5 ta’ Diċembru 2011. Kienet mozzjoni ta’ kritika u ċensura. Mozzjoni negattiva.
Lawrence Gonzi u ta’ madwaru ippreferew illi l-ewwel ipoġġu fuq l-agenda l-mozzjoni negattiva. Ippreferew li jagħżlu azzjoni negattiva flok azzjoni posittiva.
Ir-riżultat tal-lum hu l-konsegwenza. Dak li ġara illum Lawrence Gonzi ġiebu b’idejħ mgħejjun minn l-għorrief ta’ madwaru. Bil-ħsieb u bil-għaqal seta ġie evitat.
X’ser jiġri minn issa l-quddiem hu biss tiġbid. L-elezzjoni qegħda wara l-bieb.
Issa vera wasalna fl’ahhar.Imma hawn hafna tkaxkir tas-saqajn.
fil-pajjiz u fl-ewropa kollha, aktarx wasal iz-zmien li nerghu nahsbu s-sistemi ta’ demokrazija parlamentari li kellna tul dawn l-ahhar snin; hafna pajjizi qed ihabbtu wicchom ma’ problemi semplicement ghax il-partiti politici kaxkru saqajhom u qdew lill-kapitalisti u l-banek flok taw kaz tas-socjeta’ kollha. Issa l-parti l-kbira tas-socjeta’ qed ikollhom ipattu u bil-qares il-kapricci tal-politici – waqt li l-politici, il-banek u l-kapitalisti hobzhom mambuz u fittxew il-mezzi biex jissalvagwardjaw il-patrimonju taghhom u ta’ uliedhom
Prosit Perit. Tipprezenta l-fatti bla taqlib u b’mod oggettiv. Hasra li l-Prim Ministru, mid-dehra, ma jsibx il-hin jaqra l-artikli tieghek.