Il-bieraħ kont mistieden mill-Forum Ħbieb tal-Cottonera u Flimkien għal Ambjent Aħjar biex nindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar kif fil-Cottonera hemm il-biża’ li viżjoni ser tispiċċa delużjoni.
Il-Forum huwa immexxi mill-Membru Parlamentari Laburista Stefan Buontempo.
Għall-Forum fil-konferenza tkellem Keith Caruana filwaqt li Astrid Vella tkellmet għall FAA.
Għalija r-riabilitazzjoni tal-Cottonera falliet għax iffokat esklussivament fuq l-aspett fiżiku u ma ngħatatx attenzjoni lill-qasam soċjali u ekonomiku. Filwaqt li bħalissa kulħadd ifajjar dwar kemm huwa importanti l-iżvilupp sostenibbli ftit jifhmu li dawn m’humiex tlett oqsma li tagħżel minnhom skont kemm jogħġbok. Huma tlett ingredjenti essenzjali li flimkien huma meħtieġa biex żvilupp ikun aċċettabbli.
Ir-riabilitazzjoni tal-Cottonera, u wara kollox kważi kull riġenerazzjoni fl-ibliet u l-irħula tagħna, iffokat fuq l-aspett fiżiku prinċipalment dwar issues ta’ Housing. Li ġara ġeneralment kien li problemi f’naħa ġew trasportati f’naħa jew lokal ieħor iżda f’bini ġdid.
Ir-riabilitazzjoni trid tindirizza l-issues b’mod olistiku. Hemm ħtieġa li jissewwa t-tessut soċjali. Hemm bżonn li tinbena mill-ġdid il-ħajja ekonomika. Dawn flimkien mat-titjib fiżiku jistgħu jkunu għodda addattati għar-riabilitazzjoni tal-Cottonera. Mingħajr ma jkunx hemm it-tlett ingredjenti qed nagħżqu fl-ilma.
Naqbel ma’ dan l-argument. Assolutament mhux bizzejjed li fil-Kottonera l-gvern jirranga u jizviluppa l-bini tas-swar u jikkreja progetti tal-”housing” fil-Kottonera (ghalkemm dawn huma ukoll importanti). Hemm il-htiega li l-gverna jghin l-ekonomija t’hemmhekk, jghin lill-poplu, sidien tal-hwienet u l-ftit entraprizi li jezistu sabiex jiggeneraw aktar kummerc.
Ukoll hemm bzonn li jkun hemm impenn serju sabiex ighin lill-individwu, lill-familji, lis-socjeta tal-Kottonera. Bniedem batut ma jistax ighin sabiex iddur ir-rota tal-kummerc. Progetti ta’ ‘housing” importanti pero wahedhom ma jqajjmux lill-Kotonera fuq saqajha.
Naqbel ma’ li qal J .Grech.Pero lilna dejjem hallewna lura.Ghax ahna tas -south.Bdew xi haga u waqfu f’nofsa. Ghalina ma’ kienx hemm flus.Ghall Parlament u t-Tejatru bla saqaf iva.Nispera ghalmenu li jkomplu .Forsi jirrangaw xi haga sa’ L-Ghid .Forsi ma jkunx hemm dak il-pandemonju kollu.Ghalina l-Bormlizi .Il-Kuncizzjoni ,il-Gimgha l-Kbira u L-Ghid huma fejn tiltaqa’ mal- hbieb tal -iskola.u li tkun ilek ma’ tara .Hafna Bormlizi jistennew l-Irxoxt fejn is-Sorijiet ( hdejn Dr. U .MIfsud Bonnici).Is-sabih li jdawwru l-vara ha jarawa s-Sorijiet tal-klawsura.Wara l-girja.Imbaghad fejn ilKazin tal-Banda.li bhalissa hemm herba.Forsi jsir xi miraklu.