Gonzi jiftaħ għajnejh ?

 

Fil-maratona li spiċċa l-bieraħ fil-għaxija mhux importanti  jekk Gonzi ġiex l-ewwel jew l-aħħar.

L-iktar importanti, skond kif ġie irrappurtat, hu li jidher li fetaħ għajnejh.

Donnu beda jirrealizza li hu maqtugħ min-nies. Il-Malta Today fil-fatt tgħidilna illi : Gonzi tells his faithful: go to the electorate and regain their trust.

It-Times online min-naħa l-oħra tirrapporta illi “PM says leadership contest brought him closer to people’s everyday realities.

Mela issa qed jirriżulta li dak li sa ftit ilu kienet deskritta bħala problema interna bejn Gonzi u deputat tal-PN fir-realta kienet problema ferm ikbar, li Gonzi kien maqtugħ min-nies.

Dam ftit ma nduna.

U bilħaqq, għax kont ser ninsa’. Gonzipn spiċċa. Issa reġa’ sar PN. Mhux Gonzi, qalilna, rebaħ l-elezzjoni tal-2008, iżda l-PN. L-avukat Gonzi jaħseb li in-nies tinsa’. Jew inkella sema’ l-karba ta’ dawk l-akkaniti li qed jgħidulu “Tuna l-partit lura”.

5 comments on “Gonzi jiftaħ għajnejh ?

  1. Kumment ta’ James Debono li dahal fuq Facebook :

    …… interessanti…ir-realta hi li gonzi kien il-pijonier ta’ sistema presidenzjalista f’kuntest ta’ demokrazija parlamentari, haga li difficilment tista tahdem, sistema li qed tigi replikata b MuscatPL. Sfortunatament hu li l-vot tal-bierah …kien mument iehor fejn il-partit intuza biex isodd it-toqob tat-tmexxija …il-problema f’malta hi li l-partiti l-kbar m’humiex dik l-istruttura demokratika li kapaci tkun ikbar mil-mexxej…barra minnhekk minnhabba sistema elettorali anakronistika z-zewg partiti jridu jimlew spazzju ideologiku vast b’mod li l-unika kolla li tista tghaqqadhom hi l-karizma tal-mexxej, hekk kif ikun hemm krizi ta’fiducja fil-mexxej jibda jikrolla kollox…fl-ahhar mil-ahhar il-bizi tieghi hi li meta Gonzi issa qed jitkellem fuq ir-ritorn tal-pn xorta qed jitkellem f’partit xbieha tieghu…madankollu l-addio ghal gonzipn hi haga pozittiva.

    • L-uniku mexxej ta’ partit kbir Malti, mill-1971 l’hawn li tabilhaqq emmen u pprattika, li l-pajjiz jigi qabel il partit, u l-partit jigi qabel il-mexxej, huwa Dr. Alfred Sant.

      U araw x’ha !

      Il-poplu malti ilu li zviluppa sistema politika li fiha pogga lilu nnifsu bhala naghaga u ghandu bzonn ta raghaj.

      Sistema li ilu biha tul-l-istorja Maltija minn zmien il-kavallieri. (jekk mhux ukoll qabel).

      Filwaqt li sal-ahhar gwerra dinija, il-Maltin kienu jimxu bhal naghag wara l-mexxejja tal-knisja, issa jfittxu li jimxu bhala naghag wara l-mexxej politiku taghhom

      Haga wahda biss inbidlet…….

      Filwaqt illi l-mexxejja tal-knisja, huma mghallmin u mharrgin fl-idejologiji taghhom, u huma wkoll knovinti minnhom, il-mexxejja politici Maltin tal-prezent,m’ghandomx ideja tal-idejologiji li jirraprezentaw,

      F’dan il-kuntest morna sahansitra aktar lura.

      Eddie kien l-ahhar mexxej li kien b’xi mod jipprova jhaddan il-valuri Demokratici Kristjani li suppost li huma l-qafas li fuqu huwa mibni l-Partit Nazzjonalista.

      Gonzi m’ghandux ideja ta l-ebda idejologija.

      L-anqas Joseph Muscat, ma narah li jipprova jersaq lejn l-idejologija socjalista li huwa suppost li jirraprezenta.

      Ghandna zewg mexxejja, li qeghdin biss jirreklamaw il-personalita taghhom u xejn izjed.

      Forsi ghandhom ragun jaghmlu hekk.

      Ghax ahna poplu ta naghag……

      Il-holma tieghi hi li xi darba nkunu poplu ta valuri.

      • David Mangion ghandu ragun biex ibiegh, meta jghid li ahna poplu ta’ naghag:

        1) Nibqghu nigu mmexxijin minn Gvern li mifni bil-korruzzjoni u hadd mill-ministri ma jirrizenja;

        2) Austin Gatt jaghmel farsa wara l-ohra u jibqa Ministru;

        3) Gie konfermat fil-Qorti li il-bejgh tad-droga fil-habs qed isir fuq skala industrijali u l-ebda ministru ma jirrizenja;

        4) Dolores Cristina tghaffeg u tgerfex u Alla jbierek tibqa hemm;

        5) Prim Ministru jivvota kontra id-divorzju wara li l-poplu iddecieda mod iehor;

        6) Kunsilli lokali mifnijin b’korruzzjoni, nepotizmu u tgerfix;

        7) Zewgt imhallfin, inkluz Prim Imhallef, jehlu l-habs wara li jircievu l-flus minghand traffikanti tad-droga;

        8) Pulizija kwazi impotenti meta wiehed iqis l-iskala tat-traffikar tad-droga fil-pajjiz u kriminalita’ ohra;

        9) Kostituzzjoni ta’ Malta li tispecifika ir-religjon Kattolika bhala r-religjon tal-pajjiz minkejja li qeghdin fis-seklu wiehed u ghoxrin, u wara li l-Knisja infniet bl-iskandli tal-pedofelija;

        10) Ligijiet elettorali li jiffavorixxu iz-zewg partiti l-kbar;

        11) Oppozizzjoni Laburista li tant hi dghajfa li mill-ewwel naqta’ qalbi li l-affarijiet jistghu jinbidlu ghall-ahjar.

        Verament qtajt qalbi li xi darba insiru poplu ta’ valuri

  2. Jekk Gonzi haseb, jew qed jahseb, jew irid b’xi mod jghati x’jifhem li qed jahseb li dak li gara il-bierah meta ghajjat elezzjoni finta ghal-kap tal-partit, taghtu l-opportunita’ jifhem li hemm bzonn li jkun aktar qrib il-poplu, allura nghidlu li nduna erba’ snin u nofs tard. Erba’ snin u nofs li matulhom hu u shabu emarginaw nies genwini kemm felhu; kissru sistemi li bnew dawk ta’ qabilhom b’hafna sagrificcji; ghajjru kemm felhu li dawk li ma qablux maghhom; gew jaqghu u jqumu minn ligijiet tal-pajjiz u izolaw ruhhom u dahlu llil-PN fi sqaq, u dawwru ruhhom b’nies li l-unika kwalifika li ghandhom hi li jghidu iva, forsi jdabbru xi [bicca maqtugha ghax libelluza].

    Lil Dr. Lawrence Gonzi, Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista, nghidlu li jiddipjacini hafna li meta nara dak li gara lil dawk fil-Partit stess; dak li gara lil dawk genwini li jridu biss li jahdmu ghall-interess nazzjonali u mhux ghal dak ta’ xi partit, u dak li gara lill-hafna hbieb tieghi u anke lili, jiddispjacini imma ma nistax nemmnu u ma nistax nafdah.

    Kull ma nista’ nghidlu hu li jkellem lil dawn in-nies wara l-elezzjoni generali li jmiss, specjalment dawk it-3.5% li fl-elezzjoni ghall-kap tal-Partit Nazzjonalista li saret il-bierah sabuha difficli biex jghatuh il-vot taghhom u jikkonfermawh bhala kap.

    Ma nistax nifhem u naccetta li dan huwa kumment genwin meta l-elezzjoni generali hija wara l-bieb u kemm Dr Gonzi, kif ukoll membri tal-partit li qed izommuh hemm iridu l-ghajnuna ta’ kull tibna biex forsi jergghu ikunu hemm. Din hija weghda jew holma ohra ta’ qabel elezzjoni li wara tintesa immedjatament, kif intesew hafna weghdiet li saru minn Dr Gonzi nnifsu qabel l-ahhar elezzjoni. Jiftakar Dr Gonzi fil-kliem tieghu stess fil-meeting tar-rebha wara l-ahhar elezzjoni fejn qal li l-Gvern huwa miftuh ghal dawk kollha li jistghu jghinu ghal gid tal-pajjiz? Il-kummenti tieghu il-lum fejn qal li jrid jersaq aktar vicin il-poplu juru li hu ma zammx kelmtu ma dak li wieghed wara l-ahhar elezzjoni. Jaqaw shabu ma hallewhx?

    Dr Gonzi jrid jifhem, ghalkemm issa ftit tard ghalih, li l-elettorat ma ghadux dak tal-bierah li turih kwadru, tghidlu lil huwa cirku, u jcapcaplek kemm jiflah!

    Ganpatist

  3. Hafna nies fil-passat kienu jqisu lil Dr. Lawrence Gonzi bhala bniedem sincier, lest li jikkomunika, izomm kelmtu….insomma Prim Ministru li kapaci jmexxi b’onesta, b’kapacita u – fuq kollox – li dejjem ipoggi l-ewwel il-bzonnijiet tan-nazzjon, qabel l-agenda tal-partit, ta’ ”lobbies” differenti, tal-Ispekulaturi jew ta’ l-Unjoni Ewropeja.
    Sa mill-bidu ta’ din l-amministrazzjoni prezenti, bdew isiru zbalji serji; intuzaw flus it-taxpayer sabiex igawdu ex-Ministri (Lm20,000 kull wiehed); backbenchers imdejqin bit-tmexxija tieghu (10,000 euros ghal xoghol ”part-time” fil-Ministeri; il-Kabinett (zieda ta’ 500 euro fil-GIMGHA)…
    Lawrence Gonzi wera kemm hu rasu iebsa u arroganti meta, tista’ tghid wahdu, iddecieda li jinbnew zewg blocks ghal Parlament li assolutament m’hemmx htiega li jinbnew – hela ta’ flus. Qed jibni ”tejatru” banali….
    Ghal daqshekk – u ukoll ghax ma warrabx Ministri li waqqghu lilu u lill-P.N. ghan-n… u tellfu lill-pajjiz bosta flus, Lawrence Gonzi tilef il-fiducja ta’ bosta.
    Nistaqsi: huwa minnu jew le li l-bicca l-kbira tal-Kunsilliera P.N. li ivvutaw u espremew fiducja f’ Dr. Gonzi kienu saru kunsilliera b’semplici Nominazzjoni u mhux b’Votazzjoni? Il-poplu irid ikun jaf.
    Jekk inhu verament hekk allura mhux ta’ b’xejn li ivvutaw kif ivvutaw. Hokkli darek u nhokklok tieghek.
    Kif jista’ jkun li tinqered il-korruzzjoni hawn Malta meta din saret istituzzjonalizzata?
    Kontributur ex-P.N.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s