Il-PN jisserva bl-Armata

Il-Malta Today  u l-Illum tal-Ħadd li għadda 19 ta’ Frar 2012  ippubblikaw storja li fiha żvelaw kif  Lawrence Gonzi uża ajruplan tal-Forzi Armati biex jattendi laqgħa politika tal-Partit Popolari Ewropew ġewwa Palermo f’Mejju 2011.

Skond l-Illum l-ispjega li ngħatat kienet illi kieku ma għamilx hekk ma kienx ilaħħaq jiġi lura biex jindirizza konferenza internazzjonali tan-Nurses iktar tard fl-istess jum.

Mela issa qegħdin tajjeb. Il-Gvern iġib l-għajnuna tal-Unjoni Ewropeja biex jixtri ajruplan Hawker Beechcraft Kin g Air li sewa €9.6 miljuni. Ajruplan intenzjonat biex jissorvelja l-fruntieri marittimi ta’ Malta kif ukoll biex jagħti għajnuna ta’ salvataġġ li tkun meħtieġa.

F’jum minnu dan l-ajruplan flok ma jintuża fuq xogħolu jintuża biex iwassal Kap ta’ Partit Politiku għal laqgħa ta’ partiti politiċi.

M’hiex skuża aċċettabbli dik li nġiebet li m’hemmx flights ta’ l-Air Malta disponibbli.

Il-kaxxa ta’ Malta m’għandiex tissussidja lill-Partit poltiiku ta’ Lawrence Gonzi.

Tajjeb li nkunu nafu x’għamel  l-Awditur Ġenerali dwar dan il-każ ta’ abbuż fejn l-armata ta’ Malta qed tiffinanzja l-attivita’ politika tal-PN billi wasslet lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista f’Palermo u ġiebitu lura.    

3 comments on “Il-PN jisserva bl-Armata

  1. Jien ukoll tal-fehma li l-Prim Ministru naqas serjament meta ghamel hekk. Kieku kien sejjer fuq doveri li ghandhom x’jaqsma mal-hatra tieghu ta’ Prim Ministru allura iva kien forsi ikun skuzat.
    Imma li jmur sabiex jattendi laqgha ta’ partiti politici….dak assolutament mhux accettabbli.
    Donnu Lawrence Gonzi qed jahseb li jista’ jaghmel li jrid…Hasra!

  2. Ma nistenna xejn ahjar mill-kap tal-partit nazzjonalista. Imissu jisthi. Ibqa’ zgur li ghada il-hadd imur ghal quddies u jitla’ jitqarben.

Leave a Reply to Gino Cancel reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s