Dal-għodu kont infurmat bit-telfon li xtaq jiltaqa’ miegħi Dr Godwin Grima is-Segretarju Permanenti Ewlieni li hu ibbażat f’Kastilja. Xtaq jiltaqa’ miegħi dwar id-Direttiva Numru 5, dik li jiena iddeskrivejt bħala d-Direttiva tal-mistħija.
Fil-fatt iltqajt ma Dr Grima illum fl-4.00 pm. Kont akkumpanjat mill-kollega tiegħi l-Professur Arnold Cassola.
Dr Grima qalli li id-Direttiva qed tkun interpretata ħażin għax l-intenzjoni dejjem kienet li l-kandidat ikollu d-dritt li jagħżel hu jekk waqt il-kampanja elettorali għall-Kunsilli Lokali jibqax jaħdem, jużax il-leave tiegħu jew jagħmilx użu minn leave bla ħlas.
Jiena ġbidt l-attenzjoni ta’ Dr Grima li fil-waqt li l-intenzjoni tiegħu kienet waħda nobbli l-kliem tad-Direttiva kien jgħid mod ieħor.
Qrajtlu din il-biċċa :
“ ……… so however that in each of the three cases, the prospective candidate has no option but to avail himself/herself of unpaid electoral leave for an uninterrupted period of at least 15 working days ….” (ara paragrafu 4.1 tad-dokument hawn anness)
Din ma tikkorrispondix mal-intenzjonijiet tiegħek, Dr Grima, għidtlu.
Dr Grima qalli li għandi raġun u wegħdni li ser jieħu ħsieb li jikklarifika l-affarijiet.
Din hi l-istorja kollha. Issa jekk kienx żball ġenwin jew xi ħaġa oħra ma nafx.
L-importanti li Alternattiva Demokratika indunat filwaqt li ħaddieħor li hu mħallas biex ikun imqajjem baqa’ rieqed (per eżempju l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali).
Grazzi ghalik Perit – u ghal Alternattiva – din il-problema li tfaccat bla mistenni u bla bzonn, forsi issa ser tissolva.
Tantx tistenna impenn u attivita mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali pero! Dawn qatt ma ser jikkritikaw lill-fond imnejn huma qed jithallsu. Komdi sempliciment iharsu minghajr involviment.
Proset li indunajtu li kif kienet miktaba ma’ taghmilx sens,jew tifhima kif trid.
Din ma kenitx kwistjoni ta’ kjarifika da parti tas-Segretarju Permanenti. Jaqaw Dr Grima jrid jghatti x-xemx bl-gharbiel?
Ara xi ħlew jaħasra, misunderstanding żgħir kull ma kien.