Id-Direttiva li ħareġ is-Segretarju Permanenti Ewlieni f’l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar l-impenn politiku fil-Kunsilli Lokali hi tal-mistħija.
Din id-Direttiva hi immirata lejn l-impenn ta’ dawk li jaħdmu fis-settur pubbliku. Ħarġet inkiss inkiss tant li ftit kienu dawk li jafu biha.
Dawk li qegħdin fi grad minn skala 5 (jew ekwivalenti) il-fuq m’humiex effettwati. Ma kienx possibli għalihom li jinvolvu ruħhom u hekk baqgħu. Il-bqija setgħu imma issa għandhom id-diffikulta li jridu joħorġu bil-leave.
Id-direttiva titkellem dwar leave bla ħlas għal ħmistax-il jum tax-xogħol.
Min huwa dipendenti fuq il-paga ser ikun ikkastigat talli qed joffri servizz volontarju lill-komunita. Qed ikun ikkastigat tal-impenn tiegħu fil-ħajja pubblika. Min għandu familja x’jgħajjex u loans xi jħallas ma jistax jagħmel is-sagrifiċċju finanzjarju li d-Direttiva qed titlob minnu.
Il-bieraħ fi stqarrija inbidlet ftit id-diska u qiegħed jingħad li flok leave bla ħlas il-ħaddiema tas-settur pubbliku li jikkontestaw għall-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jutilizzaw il-leave annwali tagħhom. Dan mhux tajjeb biżżejjed għax ifisser li ser ikunu mitluba jużaw prattikament il-leave kollu tagħhom għal sena sħiħa. B’hekk ser jitqegħdu f’posizzjoni li jnaqqsu l-ħin tal-mistrieħu tagħhom mal-familji tagħhom. Dan minn Gvern li jipprietka ħafna favur il-familji.
Ma ntqal xejn kif ser jintlaqtu dawk li m’għandhomx leave, bħall-għalliema. Dawn m’għandhomx leave annwali u huma kkumpensati bil-vakanzi tal-iskejjel fil-Milied, l-Għid u fis-sajf.
Min ħa d-deċiżjoni li wasslet għal din id-Direttiva qed jattakka l-impenn politiku taċ-ċittadin iż-żgħir li qiegħed jimpenja ruħu fl-egħruq tal-komunita’.
Dan hu attakk fl-egħruq demokratiċi tal-pajjiż.
Istħu. Jekk tafu kif.
Li kieku kien xi bazuzlu ta’ xi ministru, dak jithalla juza il-karozza tal-ministeru biex iwassal it-tfal l-iskola a spejjez tal-gvern, u xejn ma jimporta; kazijiet bhal dan mhux wiehed biss kien hemm izda bizibilju. It-tajba hi li hadd ma jirrizenja. Tal-misthija!
Qed ninnota mill-web sites tal-gazzetti illejla li s-Segretarju parlamentari ghamel u-turn papali.
Perit huwa minnu li din id-Direttiva tolqot hazin ferm lil min jahdem mal-gvern u xtaq jimpenja ruhu fil-Kunsilli Lokali. Tolqot hazin liz’zghir.
Ukoll jien personalment tal-fehma li hawn Malta ghandna WISQ Kunsilli Lokali. zgur li m’hemmx bzonn ta’ 65 Kunsill ghal pajjiizna.
13 il-Kunsill Lokali, wiehed ghal kull distrett elettorali, huwa bizzejjed. Pero la dal-gvern u ()nahseb li) l-anqas il-partit laburista huma bil-herqa li jbiddlu s-sitwazjoni. Ghala dan? Ghax l-interess tal-pajiz jigi wara dak partigjan. Jippreveru jkomplu jonfqu bil-bosta ladarba ta’ gewwa jkunu kuntenti.
Iz-Zaqq il mimlija dejjem giet titmellah miz-zaqq il-vojta.Iz -zghir dejjem jaqlahha.Jekk jaghmel zball holl xaghrek u gib iz-zejt.Ghall kbir hemm promotion.Dan huwa sigriet maghruf.