L-iskola ta’ Santu Wistin f’Tal-Pieta

 

Il-Bord tal-MEPA ma approvax applikazzjoni biex tkun imkabbra l-iskola tal-Agostinjani f’ Tal-Pieta’ nhar il-Ħamis li għadda. Jiena kont presenti minħabba applikazzjoni oħra u allura kelli ċ-ċans li nisma’ sagħtejn u nofs sħaħ ta’ argumenti. Id-deċiżjoni fl-aħħar kienet ta’ sitt voti kontra l-applikazzjoni u erba’ voti favur l-applikazzjoni.

Il-MEPA kellha quddiema żewġ argumenti.

F’naħa waħda hemm raġunijiet validi edukattivi biex l-iskola toffri servizzi aħjar. Dan qed tipprova tagħmlu billi tipprovdi skola primarja flimkien mal-iskola sekondarja. Fr Alan ir Rettur tal-Iskola spjega tajjeb ħafna r-raġunijiet edukattivi għala għandu bżonn iktar spażju. Il-Perit Mannie Galea fisser fit-tul kif jista’ jipprovdi dak meħtieġ fis-sit.

Mit-tweġiba tad-Direttorat tal-Ippjanar tal-MEPA ħareġ ċar li għalkemm jista’ jkun hemm raġunijiet validi (edukattivi) għaliex l-iskola għandha bżonn tikber, is-sit f’Tal-Pieta’ m’huwiex wieħed addattat.

L-iskola illum hi imdawwra bir-residenzi li diġa għandhom inkonvenjent kbir matul il-jum kollu bi skola ta’ 450 tifel. L-inkonvenjent hu propost illi jirdoppja jekk ma skola sekondarja tiżdied skola primarja ta’ 450 tifel.

L-inkonvenjent hu wieħed ta’ traffiku, ta’ storbju, ta’ dellijiet iġġenerati mill-bini propost …….. Noel Grima tal-Indipendnent li kien preżenti spjega dak li ġara b’mod eżawrjenti fl-artiklu tiegħu nhar il-Ġimgħa.

Naħseb li hemm soluzzjonijiet oħra. In-numru ta’ tfal qiegħed jonqos. Jekk l-iskejjel tal-Knisja ser jipprovdu spazju għal iktar tfal huwa żgur li ser ikun hemm inqas li jmorru fi skejjel tal-Gvern. Is-soluzzjoni allura tista’ tkun mhux daqstant li jitkabbru skejjel fl-abitat iżda li jinstab mod kif l-iskejjel l-oħra inklużi dawk propjeta tal-Gvern, imxerrdin ma’ Malta u Għawdex jistgħu jintużaw aħjar.

Advertisements

3 comments on “L-iskola ta’ Santu Wistin f’Tal-Pieta

  1. Well said. It is so sad when you think about it. We are deprived of open spaces thus the need to make the the best use of housing/building resources available. On the contrary more developments are undergoing while the population declines.
    All stakeholders (State, Church , private schools ..etc) should join and undergo a brainstorming exercise in order to utilise collective resources to the full.
    What about St.Luke’s building (former hospital) is it going to be left to fall apart? What about redeveloping and maybe incorporating such a school in the development?

  2. Prosit Perit…is-soluzjoni tieghek taghmel sens.
    Kif spjegajt int, ghalkemm hemm ragunijiet edukattivi sabiex ikun hemm skola Sekondarja, dan m’ghandux ifisser li l-ambjent immedjat ghandu jkompli jitfarrak. Jew li d-drittijiet tal-girien jinghataw bis-sieq bhal ma ta’spiss jigri minn certi Bords tad-DCC – kif ukoll certi Planning Appeals Bords inkompetenti li jahdmu biss sabiex il-Mepa ma titlifx kazijiet imressqa kontriha. Kemm f’Malta kif ukoll – u specjalment – f’Ghawdex jezistu klassijiet bi ftit tfal (kultant inqas minn 10 studenti). Dan ghaliex? Ghala din il-hela ta’ flus governattivi, nistaqsi? Ghax forsi hemm min jiehu pjacir jidher bhala t-tarka ta’ xi ghalliema u b’hekk jakkwista l-voti? Forsi l-Ministru Dolores Cristina tinvestiga personalment…u tpoggi l-interess tal-pajjiz qabel dak partigjan!

  3. Carmel,

    Il-mod kif il-kelliema tal-iskola qed ifissru l-parti li jixtiequ jibnu fuqha bhala “dak il-bicca gnien” biex inaqqsu l-mertu tal-gnien u l-ispazju miftuh hija tattika li qed tizgarra. Nifhem li l-kleru Malti ftit kellu kuxjenza ambjentali fil-passat ricenti u ta’ dan hemm hafna ezempji.

    Il-“bicca gnien” ma huwiex indukrat u mizmum tajjeb mhux ghax xi hadd sforza lill-iskola biex ma taghmilx hekk. Anzi ghandhom jiehdu l-opportunita’ biex jibdew jutillizzaw il-berah fi spazji ta’ taghlim, kif jaghmlu pajjizi barra minn Malta.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s