Ir-Riżenja tiegħi mill-PN

Ftit iktar minn 4 snin ilu, wara 32 sena jiena irreżenjajt minn membru tal-Partit Nazzjonalista. 

L-ittra tiegħi ta’ riżenja wassalta jiena bl-idejn fl-uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali tal-PN ta’ dak iż-żmien Joe Saliba nhar is-16 ta’ Jannar 2008. Għaddew 49 xahar u s’issa ħadd għadu ma wieġeb l-ittra ta’ riżenja.

L-uniku kumment kien għamlu Lawrence Gonzi waqt konferenza stampa. Ara 1 u 2.

Jiġifieri Franco Debono m’għandux għalfejn jistagħġeb li l-ittra tiegħu ta’ riżenja minn membru tal-PN baqgħu ma wieġbuhiex.

Forsi wieħed jifhem li għalkemm ir-riżenja tiegħi u r-riżenja ta’ Franco Debono minn membri tal-PN saru f’ċirkustanzi differenti l-motiv bażiku hu l-istess: il-PN immexxi minn Lawrence Gonzi mhux biss jiddefendi lil min jiżbalja, talli jippremjah. Imbagħad ma min jagħmel xogħolu jimxi bil-gambetti.

49 xahar ilu lil Joe Saliba jiena kont għidtlu dan li ġej:

“Meta sseħibt fil-Partit Nazzjonalista kont nidentifika ruħi bla diffikulta miegħu.  Iżda illum ilni żmien nagħmel sforz nistaqsi lili nnifsi jekk il-PN għadux l-istess Partit li jiena sseħibt fih fis-snin 70. Qiegħed nasal għall-konkluzjoni illi kieku kelli nagħmel l-għażla illum ma kontx nagħżel li nissieħeb.    

Għal dan hemm bosta raġunijiet. Prinċipalment (iżda mhux biss) l-attitudni leġġera li bih il-Gvern immexxi mill-PN (kif ukoll il-PN innifsu) ħares lejn w aġixxa fil-konfront ta’ min mexa ħażin fil-ħajja pubblika.

Fil-konfront ta’ min mexa ħażin kontinwament isir attentat biex jinsatru u jitmewwtu l-affarijiet. Iżda imbagħad fil-konfront tal-ħidma tiegħi fil-MEPA jiena ġejt ostakolat milli nkompli l-ħidma li kont qed inwettaq fl-Uffiċċju tal-Verifika (Audit Office) b’elf skuża. Ir-raġuni vera ma tissemma qatt : li nibtet intolleranza għall-kritika u għal min kapaċi jaħseb b’moħħu. Min ma jittollerax il-ġbid tal-ispag qiegħed kontinwament jiġi imwarrab.”

X’inbidel mill-2008 lil hawn? Minn dak li qiegħed jgħid Franco Debono is-sitwazzjoni marret għall-agħar. 

Il-PN ma jridx jitgħallem u ma jinbidel qatt. Qabad it-triq tan-niżla.

6 comments on “Ir-Riżenja tiegħi mill-PN

  1. Jekk wiehed iqabbel il-PN ma vapur b’Gonzi fir-rwol ta’ kaptan, is-sitwazzjoni presenti qisha wahda fejn il-vapur qieghed jeghreq bil-kaptan idoqq il-pjanu minflok jaghmel xoghlu.

    Inti kellek sens bizzejjed biex tlaqt mill-Partit Nazzjonalista malli il-Partit beda jabbanduna il-principji tieghu. Franco Debono bhala membru parlamentari messu kellu sinsla bizzejjed biex jivvota kontra Gonzi fil- Parlament, u b’hekk kien ikollha tissejjah elezzjoni. Franco qaghad ihabbat saqajh u meta gie ghas-si u n-no zelaq fin-niexef.

  2. Carmel did the right thing according to his conscience and left as did I. So far Franco has not left the PN but he has had the courage to point out very serious deficiencies. The fact that this takes courage is perhaps the most serious indictement of all.
    Marisa Micallef

    • I accept that Franco must have had some courage to stand up to the political elite in the higher echelons of the PN den of vipers; I have no doubt that it takes more than ordinary guts to stand up to the likes of Prime Minister Gonzi, and Ministers Austin Gatt and Carm Mifsud Bonnici. However, an experienced criminal lawyer like Franco Debono should not have wobbled by abstaining in the Parliamentary no confidence motion. Of course, history will judge his actions in due course, and that will be with the benefit of hindsight, which will also take into account that, like Eddie Fenech Adami, Franco was a high achiever in St Aloysius College!

  3. Għalkemm inħares politikalment differenti mil-pn. nemmen li l-pn wassalu żmien għall riforma radikali. Franco Debono naħseb li ser ikun mitluf jekk ma jkunx membru parlamentari fi snin li ġejjijn.

  4. Huwa fl-interess tal-PN stess li jqatta zmien fl-opposizzjoni biex forsi jnaddaf ililu nnifsu xi ftit. Manankollu, jekk ma jkunx hemm izjed minn zewg partiti fil-Parlament, is-sistema politiku Malti se jibqa demokratikament dghajjef. B’rappresentanza ta’ zewg partiti biss fil-Parlament, il-Partit li jkun fil-Gvern wara ftit taz-zmien jithammeg, kif thammgu kemm Gvernijiet Laburisti kif ukoll Nazzjonalisti. Partit fil-Gvern jigi mrazzan (u b’hekk ma jabbuzax) jekk jiggverna f’koalizzjoni.

  5. Perit, kemm huwa minnu li lilek warrbuk min-nofs ghaliex inti fl-ufficju ta’ l-Awditur kont tabilhaq tahdem ghal-gid tan-nazzjon! Ma seta’ qatt ic-Chariman tal-Mepa ta’ dak iz-zmien (jidhirli li kien Calleja) ihallik tohrog bir-ragunijiet – u ;bil- principju – sabiex turi kemm l-affarijiet kienu qeghdin sejrin ghall-aghar. Ghax il-Mepa kienet – u ghalija ghada – isservi biss ta paraventu ghall-Gvern sabiex jinqdew l-ispekulaturi bazuzli!
    Minn meta lilek warrbuk komplew jizdiedu l-oxxenitajiet fl-ambjent. Fi zmien Pullicino lahqu sas-seba; saqaf! Fil-fatt nehhewh minn hemm imma l-hsara kienet saret….Kollox hu dokumentat u jiena jidhirli li kemm il-Ministru George Pullicino kif ukoll il-Prim Ministru naqsu serjament sabien irazznu l-ispekulatur. ghadna f’sitwazjoni tal-biki.
    Tant f’din l-amministrazzjoni u fil-P.N. hemm min assolutament ma jridx min jahdem b’integrita, serjeta u kapacita (kif kont tahdem int) illi issa l-Awditur tal-Mepa LANQAS BISS MA JITHALLA (minn l-Ombudsman) JEZAMINA OGGEZZJONIJIET LI L-POPLU IRESSAQLU KONTRA L-MEPA. L-ISKUZA LI JGIBU HI LI TKUN INFETHET KAWZA FIL-QORTI!
    Jidhirli li din l-istrategija fina u dubbjuza saret grazzi ghall-Ombudsman prezenti. Forsi xi hadd jigbidlu l-attenzjoni u jizpjega ghaliex qed isir dan. Jien ma naqbilx ma dak li qieghed jigri.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s