Fid-dell tal-Katidral

Lawrence Gonzi irid li l-Grupp Parlamentari tal-PN jappoġġah bla kundizzjoni. Jistenna li dak li jiddeċiedi hu bħala Prim Ministru għandu jkollu l-approvazzjoni bla kundizzjoni tal-Membri Parlamentari eletti f’isem il-PN. 

Għalhekk gonzipn. Qiesu l-PN hu propjeta’ personali tiegħu bid-dritt li jiddeċiedi hu wara li jikkonsulta ruħu ma min irid u jekk iħoss il-ħtieġa. Hekk kienu jagħmlu r-Rejiet u l-Isqfijiet. Mhux biss fil-Medju Evu imma anke sa relativament riċenti.

Ir-Re kien jippretendi d-dritt li jiddisponi minn kollox u minn kulħadd. L-Isqof  kellu pretensjonijiet ta’ poter temporali li ma jispiċċa qatt.

Li tkun tmexxi għal dawn it-tip ta’ nies kien ifisser li tippretendi li  jkollok ispirazzjoni divina. Għalhekk (għalihom) diffiċli li tiżbalja. Ikollok raġun dejjem. Attitudni din ta’ bosta minn dawk li trabbew fid-dell tal-Katidral.

Hawn hi l-qalba tal-konflitt bejn Lawrence Gonzi u Franco Debono. Franco jidhirlu illi l-ħidma tal-Gvern immexxi mill-PN għandha tkun skrutinata anke’ mill-Grupp Parlamentari tal-PN. Li tkun skrutinata jfisser li tkun soġġetta għal eżami kritiku. Ifisser ukoll li l-istandards li jintalbu minn ħaddieħor għandhom l-ewwel u qabel kollox ikun applikati mal-Gvern immexxi mill-PN. Ovvjament biex dan isir sewwa jeħtieġ li jitlaqqa’ regolarment il-Grupp Parlamentari. Jiena infurmat li ħlief fi żmien ta’ kriżi dan rari jiltaqa’. Ovvjament jidher li Lawrence Gonzi ma jħossx il-ħtieġa li l-Grupp Parlamentari jiltaqa’ regolarment għax kieku kien ilaqqgħu.

Lawrence Gonzi m’huwiex komdu li jkollu lil ta’ madwaru jgħidulu fejn qed jiżbalja. Jirrabja meta ta’ madwaru mhux biss jgħidulu li jkun qed jiżbalja imma jinsistu li hu jieħu azzjoni biex jikkoreġi l-iżball. L-azzjoni jippretendi li jiddeċiedi hu dwarha mingħajr il-ħtieġa ta’ suġġerituri.  

Hekk kienu jagħmlu ir-Rejiet u l-Isqfijiet. Bħala konsegwenza tkissru huma u ta’ madwarhom għax m’għarfux is-sinjali taż-żminijiet. It-tmexxija fis-seklu 21 tivvalorizza lil kulħadd u hi iktar effettiva jekk tkun waħda kolleġjali.

Sfortunatament Gonzi għażel triq oħra. Dik li tgħallem fid-dell tal-Katidral.

4 comments on “Fid-dell tal-Katidral

  1. Kumment f’waqtu li jolqot il-likk. L-idea tad-dritt divin indifnet ghal dejjem bir-Rivoluzzjoni Franciza. Madankollu l-idea li ghadu jista’ jsir uzu minnha hemm ghadha….Franco, Mussolini, Hitler, Pinochet, Thatcher, George W., Sarkozy, Gwanni Pawlu II, Berlusconi u, anki jekk f’divizjoni ferm inferjuri, Gonzi ecc. Kumbinazzjoni kollha gejjin mil-Lemin. Fuq ix-Xellug, imbaghad, kien hemm u ghadd hemm id-dittatorjati li rari ferm jiksbu l-ispirazzjoni mis-sema…….

  2. Perit, dan hu wiehed mill-ahjar artikli li int ktibt…veru li jpingi lil Lawrence Gonzi kif tabilhaqq hu. U li jintqal huwa mibni fuq il-FATTI, fatti li l-Maltin raw jizvilluppaw quddiemhom matul it-tmexxija tieghu u specjalment f’dawn l-ahhar xhur. Jilghabha ta’ l-anglu imma jimxi mod iehor.
    Dr. Gonzi hu bhal Surmast ta’ Skola li jiddetta biss jaf. Jispiccaw ibatu mhux biss l-ghalliema izda wkoll purtinari, genituri u t-tfal. Kulhadd jispicca jikkritikah u ma jahmluhx haj. Tibda l-konfrontazjoni li hija l-aghar ghadu ta’ l-efficenza. U konfrontazjoni parlamentari u fil-partit rajna bil-hafna! U l-poplu ghadu qed ibati, per ezempju fil-Qrati…
    Nisperaw li s-sitwazzjoni rigward il-Prim Ministru ma tasalx sal-punt li bosta isiru ma jahmluhx imma l-Arroganza u l-Ebusija tar-ras tieghu zgur m’humiex jaqdu pozittivament la lilu, la lill-Poplu u l-anqas lill-Partit. Possibbli m’hemm hadd li kapaci – u dispost – li jiftahlu ghajnejh?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s