Il-Partit Nazzjonalista bħala nisrani jemmen fil-maħfra. Dejjem kien lest li jaħfer id-dnubiet kollha tal-Membri Parlamentari tiegħu.
Jekk jakkużawk li abbużajt minn xi ħatra pubblika u l-Awditur Ġenerali jkollu l-ardir jinvestiga xi membru parlamentari li jirrappreżenta lill-Gvern, fuq il-Kumitat għall-Kontiijiet Pubbliċi, tal-PN xejn ma jiddejqu joħduha kontrieh. Dak il-ħażin li tkun għamilt jkunu lesti li jaħfruħ u jinsewh. S’intendi mhux għall-ħelu wiċċek iżda minħabba li fl-aħħar dan ser jirrifletti fuqhom!
Ma hemm l-ebda dnub (politiku) li ma jinħafirx mill-PN lis-segwaċi tiegħu. Ħlief wieħed biss. Jekk il-lealta’ tiegħek ma tkunx inkundizzjonata ser ikollok problemi kbar. Dan hu d-dnub ta’ Franco Debono. Mhux li m’hux leali. Iżda li l-lealta’ tiegħu m’hiex inkundizzjonata.
Franco għadu ma fehemx li l-Kap bħala persuna umli ħafna jista’ jiżbalja. Imma meta jiżbalja filwaqt li tista’ tikkritikah fl-aħħar xorta trid tbaxxi rasek għad-deċiżjonijiet tiegħu. Għandu dritt jippremja lil min jiżbalja. U jekk tazzarda tisisti li hu qed jiżbalja u li għandu l-obbligu li jirrimedja, l-kastig tieħdu int.
Għax id-dnub tiegħek hu l-ikbar wieħed: kellek l-ardir tgħid lill-imperatur quddiem kulħadd li qiegħed għarwien. U dan jistona meta tqies li l-fidili ilhom żmien twil jgħidulu kemm jixirqulu l-ġlekk u l-ingravata!
Hans Christian Anderson u l-aħwa Grimm kitbu l-ħrejjef. Sfortunatament aħna qed ngħixuhom.
The Emperor`s new Clothes.
proset perit…..din tghod ghal kull mexxej li kellna.
Perit, ghandek ragun. Jekk lil kap tal-PN tnehhilu l-arroganza, ma jibqa xejn hlief bniedem gharwien huta.
Awesome finish!
Minn isegwi il-politika jista jghid li dejjem hekk kienu.
Kien hemm zmien meta hafna – inkluz jien – kienu jaraw fIl-Prim Ministru serjeta, par idejn sodi. Titkellem man-nies issa, jghidulek illi iddizappunta BIL_KBIR.
L-ewwel ghamel laqghat ma’ gruppi bhal nghidu ahna dawk li qabdu art tal-gvern u bnew fuqha minghajr permessi xejn. Saru laqghat mal-kaccaturi u ohrajn. Qabel l-elezjoni Dr. Gonzi qaghad ”iqarar” lin-nies li marru jitolbuh il-pjaciri go Villa Arrigo. Naf ghax mort hemm u tkazajt b’dak li rajt.
Dr. Gonzi maghruf ghall-Weghdi li jaghmilhom qisu m’hu xejn. Pero kollox jibqa’ kif ikun. Inkluz is-sitwazjoni tal-biki fil-Guztizzja u l-Qrati Maltin.