Il-biċċa deputat huwa dak li ma jirnexxilux jgħid dak li jemmen. L-anqas dak li jaħseb. Ġeneralment għax ftit li xejn jaħseb. Għax hemm min jaħseb għalih. Iħossu komdu hekk!
Meta tħalli lil ħaddieħor jaħseb għalik ma tantx tiġi fil-għali malajr imma tkun qed tneżża’ lilek innifsek mid-dinjita’. Ma tkunx deputat, tkun biss biċċa deputat. Tista’ tkun Ministru jew Segretarju Parlamentari għax tkun biċċa Ministru jew biċċa Segretarju Parlamentari.
Sfortunatament għandna bosta eżempji ta’ dawn il-biċċiet fl-istorja politika ta’ pajjiżna: fil-mument deċiżiv dejjem ħasbu għal ġildhom u insew dak li ġew eletti għalih.
Artiklu qasir imma preciz. Prosit.
L-akbar injorant hu li ma’jridx jitghallem u ma jafx li huwa injurant.
Fil-fehma tieghi fil-Parlament ghandna numru ta’ Membri li rari jsemmu lehenhom. Ahseb w ara kemm huma lesti li jitkellmu fl-interess genwin – u qabel kollox – tan-nazjon. Hasra….forsi wasalna f’hekk minhabba li l-interess tal-Partit jitqies bhala sagrosant.
U meta tara li l-Prim Ministru spicca sabiex – regolarment- jaghlaq ghajnejh u widnejh ghall-izbalji koroh, u ripetuti, ta’ diversi Ministri, allura kif jista’ jkun ikun hemm min isemmi lehnu? Tragedja u xejn inqas.
Il-bicca deputat huwa dak li jelogja lill-Kap Suprem, li ghalih il-Partit jigi qabel il-Pajjiz u dak li halef ghalih fil-Kostituzzjoni, il-bicca deputat huwa dak li jivvota bhall-Partit dejjem, qieghed hemm ghan-numru biex isahhan is-siggu u jibla’ l-onorarja. Il-bicca deputat hu maqtugh mir-realta’ ta’ madwaru u jiftakar biss fil-kostitwenti darba kull hames snin. Il-bicca deputat huwa dak li ghadu jemmen fil-klijientelizmu u n-nepotizmu, dak li mghomi bil-partiggjanizmu fejn il-Partit huwa l-assolut. Il-bicca deputat…. minn dawn ghandek issib hafna.