Il-vokabolarju ta’ Lawrence Gonzi

L-argument ċentrali fid-diskorsi li għamel Franco Debono, kemm fil-Parlament kif ukoll barra, kien li Ministri li fallew għandhom jerfgħu r-responsabbilta’ politika ta’ egħmilhom. Ma jistax ikun li min jiżbalja minflok ma jkun iċċensurat jiġi ppremjat qal Franco Debono.

Fejn id-demokrazija hi żviluppata hekk jiġri.

Peter Mandelson, per eżempju, darbtejn irreżenja mill-Kabinett ta’ Tony Blair.  It-tieni darba irreżenja għax għen lil żewġ aħwa miljunarji jakkwistaw passaport Ingliż u per konsegwenza ċ-ċittadinanza, u dan wara li taw donazzjoni ta’ miljun lira sterlina għall-Millenium Dome: proġett tal-Gvern Ingliż għall-bidu tat-tielet millenju li kien ikkordinat minn Mandelson. Kien hemm inkjesta li l-gazzetti Ingliżi jirreferu għaliha bħala “Cash for passports scandal” li kkonkludiet li Mandelson ma kien għamel xejn ħażin. Imma xorta irreżenja.

F’Malta Austin Gatt jgħaffeġ fir-riforma tat-trasport b’ħames xhur ta’ taħwid ma jispiċċa qatt. Dolores Cristina ma tafx x’inhu jiġri dwar il-fondi Ewropej li ntilfu wara taħwid amministrattiv fil-Ministeru tagħha.

It-tnejn baqgħu Ministri. Bil-kemm skużaw ruħhom.

Lawrence Gonzi qalilna li “with hindsight” saru l-iżbalji imma għalihom ser jerfa’ r-responsabbilta’ hu.

Tafu kif?

Le, mhux ser jirreżenja iżda ser isejjah elezzjoni għall-Kap tal-PN u jidher li ser itellaq waħdu.

X’responsabbilta’ politika hi din? Veru li Lawrence Gonzi għandu vokabolarju għalih.

4 comments on “Il-vokabolarju ta’ Lawrence Gonzi

  1. Kemm huwa minnu li sfortunatament kien hemm diversi persuni li ghamlu zbalji kbar – u ripetuti – matul din l-amministrazjoni. Kif l-awtur ta’ l-artiklu jsemmi tnejn min dawn kienu Austin Gatt u Dolores Cristina. Pero kien hemm ohrajn, per ezempju l-Ministru Tonio Fenech li ma kienx jaf li fil-Ministeru tieghu kien qed isir tahwid enormi fil-gbir – jew ahjar nuqqas ta’ gbir tal-VAT. Hu kien ukoll ammetta li l-Gvern qed isib diffikultajiet kbar sabiex jigbor il-kera ta’ propjeta governattiva.
    Li jien insib specjalment inammessibbli (apparti li Ministri li jizbaljaw qatt ma jirrezenjaw) huma l-izbalji papali mill-Onor. Prim Ministru. Dan kien qabad flus il-poplu u ta somom kbar lil-ex Ministri li hu kien halla barra mill-Kabinett; kien ghalaq halq il-backbenchers tieghu billi tahom 10,000 ewro kull wiehed bhala ”xoghol part-time” u kien ukoll, flimkien mal-Kabinett, qabad u ha 500e fil-gimgha bhala zieda.
    Kont nahseb li f’Gonzi ghandna Prim Ministru serju u ta min joqghod fuqu. Jiddispjacini nghid li m’ghadnix ta’ l-istess fehma. Specjalment meta naf li Dr. Gonzi, tnehhilu l-weghdiet ma jibqa’ xejn fih.

  2. nahseb l-ghazla tar-ritratt li uzajt huwa unfair. Li tuza ritratt antik, li ttiehed ferm qabel l-avvenimenti li graw u qed jigru mhux fair mal-qarreja.

    • Perit,

      skuzani imma ahjar tghidiilna ftit xi trid tfisser bl-ghazla tar-ritratt.Ilni nieqes minn Malta xi zmien, imma ma jidhirx li hu xi ritratt antik, allavolja il-kulur tal-ghamara ma tantx idoqqli. Jaqaw ittiehed f’xi salott li kellu Gaddafi gewwa Tripli, jew forsi Mizurata?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s