Uħud qed jgħidulna li ħadd m’hu ikbar mill-partit. Jgħidulna hekk biex ifissru li l-Membri Parlamentari għandhom ibaxxu rashom għat-tmexxija meta jitkellem il-Leader.
Il-Partit hu kbir skond kemm jirrispetta lill-membri tiegħu. Kemm jirrispetta l-liberta’ tal-ħsieb tagħhom. Dan ir-rispett jintwera mhux fil-konfront ta’ min jikkonforma ruħu iżda fil-konfront ta’ min hu kritiku. Għax ngħiduha kif inhi, x’mertu hemm li tirrispetta lil min jaqbel miegħek? Hemm il-mertu fir-rispett meta dan tesprimieh fil-konfront ta’ min jikkritikak!
Il-kritika b’mod partikolari meta tkun kostruttiva ssaħħaħ kemm lil min jagħmilha kif ukoll lil min għandu l-paċenzja li jiftaħ widnejn u mhux biss jisma’ iżda fuq kollox jagħti kaz. Nikbru meta nikkonfrontaw l-ideat u nevitaw il-paroli vojt u l-insulti fil-konfront ta’ min għandu ideat differenti.
Nies b’moħħ magħluq ser jibqgħu jeżistu. Dawn jikkundannaw lil min ma jaqbilx magħhom għal dik li b’mod dispreggjattiv isejħu l-miżbla tal-istorja. Għalihom għandek valur biss meta taqbel magħhom. Il-bqija m’int xejn.
Dawn huma l-egħruq tar-rewwixta.
Ir-rewwixta hi r-riżultat ta’ Partit li jisma’ imma ma jagħtix każ, b’mod partikolari b’mod repetut.
Kif ngħidu l-ġarra ġejja w sejra fl-aħħar tinkiser.
Artiklu qasir, oggettiv u f’waqtu meta tiftakar x’qed jigri fil-parlament f’dan iz-zmien!
Numru ta’ parlamentari – specjalment il-”backbenchers” ta’ l–amministrazjoni prezenti kemm il-darba ilmentaw u garrew fil-berah ghax hassew li ma kienux qed jinghataw importanza jew ghax xtaqu juru li ma kienux jaqblu ma din jew ma dik id-decizjoni jew tmexxija.
Il-Prim Ministru, minflok semaghhom bis-serjeta ipprefera li jwaqqaf il-kritika taghhom billi helu helu tahom kull wiehed e10,000 fis-sena bhala ”hlas extra” ghal xoghol ”part-time” u baghthom sabiex jahdmu fil-Ministeri.
Il-garr ghal xi zmien waqaf. Imbaghad il-garra fl-ahhar inkisret bir-ribelljoni misthoqqa ta’ Franco Debono.
Nittamaw li dawk ir-riformi li ggieled ghalihom Debono isehhu