Iktar ma nisma’ lil Franco Debono jitkellem huwa dejjem iktar ċar li filwaqt li għandu raġun fuq diversi affarijiet għażel l-għodda żbaljata.
Huwa fl-opinjoni tiegħi żbaljat li jagħżel li jwaqqa’ Gvern minħabba li ma jaqbilx mar-reshuffle li għamel Lawrence Gonzi. Mhux Franco biss għandu l-fehma li hemm Ministri li mhux posthom fil-Kabinett. U din la hi l-ewwel darba li ġrat u naħseb l-anqas l-aħħar darba.
L-għodda addattata għal dan hu l-kritika tal-ħidma żbaljata ta’ uħud mill-Ministri. Imma mbagħad il-kritika trid tkun waħda konsistenti. Ma jagħmilx sens Franco li tikkritika l-ħidma ta’ Austin Gatt imbagħad tastjeni fuq mozzjoni ta’ sfiduċja dwaru. Li dakinnhar ivvutajt biex ikun sfiduċjat Austin Gatt kont tkun korrett u l-azzjoni tiegħek kienet tkun waħda proporzjonata.
Dwar il-€500 fil-ġimgħa inti ukoll korrett. Imma anke hawn għażilt li timxi b’mod żbaljat. Meta l-kollega tiegħek Jean Pierre Farrugia kien kritiku tad-deċiżjoni tal-Kabinett kien waħdu fil-kritika kostruttiva li għamel. Li tkun kritiku ta’ din il-miżura sena wara naħseb li hu opportunistku
L-ghazla bejn il-gid komuni … u … l-but u l-glorja personali .. wisq nibza’ li l-mizien fil-parlament u t-tmexxiaj tal-partiti kollha qed ixxaqleb lejn tal-ahhar