Gimmicks tal-Labour dwar l-enerġija

Meta l-Partit Laburitsta ideċieda li jaddotta l-proposta tal-kumpanija Sargas kien qed iqarraq.

Hu ovvju li meta s-Sargas qed tgħid li l-elettriku tista’ tipproduċieh b’7c5 dan hu prezz iħis hafna u attraenti. L-onesta politika iżda kienet titlob li wieħed jeżamina x’hemm iktar li qiegħed jinżamm moħbi b’din il-proposta.

Meta rappreżentanti tas-Sargas għamlu preżetazzjoni f’Lukanda lokali huma emfasizzaw li dan il-prezz ta’ 7c5 huwa l-prezz ta “raw energy”. Jiġifieri kemm tiġi tiswa’ l-enerija ġġenerata. Komplew jemfasizaw illi dan il-prezz ma jinkludix l-arrangamenti li jkun meħtieġ li jaslu għalhom dwar l-impjant innifsu. Għax l-impjant (il-power station) tkun trid jew tinkera inkella tinxtara. Din hi stamat li tkun tiswa bejn €800 u €900 miljun.

Dan il-prezz ta’ 7c5 l-anqas ma jinkudi l-ispejjes konnessi mal-Carbon Capture Technology li biha s-Sargas qed jgħidu li jrid jiġbru l-carbon dioxide u jesporatawh. Apparti l-fatt li din it-teknoloġija għad m’hiex sviluppata biżżejjed, din mhux biss tiswa l-flus iżda tikkonsma ukoll l-enerġija : bejn 25% u 40% tal-enerġija ġġenerata.

Meta wieħed jgħodd dan kollu l-prezz tal-enerġija bil-proposta ta’ Sargas li magħha jaqbel il-Partit Laburista ta’ Joseph Muscat ikun wieħed għoli ħafna iktar milli qed jgħidu.

Imma l-Partit Laburista jibqa’ għaddej bil-gimmicks.

L-aħħar ħaġa. Jekk l-enerġija tkun ġġenerata bl-impjant tas-Sargas xi ħadd irid jispjega x’ser jiġri mill-ħaddiema tal-Enemalta li preżentme jaħdmu fuq il-ġenerazzjoni tal-elettriku. Għax l-Enemalta bi-proposta tal-Labour ma jkolliex bżonnhom iktar!

3 comments on “Gimmicks tal-Labour dwar l-enerġija

  1. Hi naqra inkredibbli li Joseph Muscat ma’ ic-cekklax dak li qieghed tghid fl-artiklu tieghek.Jien m ‘ nahsibx li ser idahhal xi haga li tkun aktar gholja milli ghandna.Jien ma inhix tekniku.Dan x’qieghed nahseb jien. Grazzi.

  2. George meta tikalkula kollox l-ammont jigi hafna ghola milli huwa il-lum, allura issa back to square one u xorta ghadna ma nafux kif ser jirnexxilu jrahhas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma

  3. meta tikalkula kollx tara li b’din is-sitema il-kontijiet jigu iktar gholja milli huma illum. Allura back to square one ghax xorta ma nafux kif se jirnexxilu jrahhas il-kont tad-dawl u l-ilma. L-iktar haga stramba hija kif Sargas ma rnexxilhom ibijaw impjant bhal dan f’Cipru, Italja jew il-grecja meta huma 3 pajjizi li jiproducu l-iktar prodotti taz-zebbug fid-dinja.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s