(3) Ir-responsabbilta’ politika
Hu ċar li r-riforma tat-trasport pubbliku s’issa għad ma rnexxietx. Għax min kien inkarigat mir-riforma għaffiġha.
Min hu responabbli?
L-assistent tal-Ministru? Dan offra r-riżenja. Il-Ministru ma aċċettax li Manwel Delia jirreżenja avolja dan kien ilu jippoppa sidru u jiftaħar bir-riforma li ser issolvi kollox. Meta kien ċar li għaffiġha sparixxa għal xi jiem.
Qed jingħad li fil-bidu t’Ottubru Austin Gatt offra r-riżenja waqt laqgħa tal-Kabinett. Iżda l-Prim Ministru ma aċċettax.
Avolja Austin kien ilu jiftaħar li issa daqshekk ċajt. Iċ-ċajta sadanittant tkompli!
Issa għandna waħda aħjar. Austin Gatt qed jgħidilna li qed jassumi r-responsabbilta’ politika. Qed jingħad li ser jagħmel xi forma ta’ apoloġja fil-Parlament. U mbagħad?
Xi tfisser ir-responsabbilta’ politika? Li tieħu żball, tiskuża ruħek u tibqa’ għaddej, qiesu ma ġara xejn?
Safejn naf jien fil-ħajja pubblika jekk tieħu dawn it-tip ta’ żbalji, wara li tiskuża ruħek, tippakkja u tirreżenja.
Imma f’dan il-pajjiż il-politiku li jiżbalja jibqa’ hemm.
Ministru wieħed biss naf f’Malta li rreżenja wara li ħa żball. Kien in-Nutar Charles Mangion, li minkejja li l-iżball tiegħu sar minħabba li ma nagħtax l-informazzjoni korretta, xorta mexa ta’ raġel u rrezenja, għax id-deċiżjoni kien hu li ħadha.
M’għandix dubju li Austin Gatt fuq ir-riforma tat-trasport pubbliku m’huwiex ser jagħmel bħal Charles Mangion. Min jaf forsi r-riżenja ser iħalliha għal meta tibda d-diskussjoni pubblika dwar Smart City. Li hemm ukoll falla u minn proġett intenzjonat għall-ħolqien tal-impiegi fl-IT spiċċa bi proġett tar-Real Estate. Imma dik storja oħra.
(ikompli għada : (4) wara l-vot fil-Parlament)
… u l-ismart meters tal-elettriku? jien għadhom jigu l-meter readers id-dar. Kemm ta’ flus Austin Gatt lil kumpaniji kbar barranin biex ibiddlu l-Malta f’ġojjell f’nofs il-Mediterran? Fejn hu s-suċċess Austin?
In-nutar Charles Mangion kien li rreżenja, jew Cilia (mingħalija kien Seg Parl fil-Gvern ta’ Sant)?
Le. Kien Charles Mangion.
C