(2) Il-bulldozer jagħmel il-ħsara
Minflok ma wettaq bidla gradwali fit-trasport pubbliku, l-Ministru tat-Trasport baqa’ għaddej bħal bulldozer minn fuq kollox u minn fuq kulħadd. Ma iddistingwiex bejn dak li kien meħtieġ li jinżamm u dak li ried jispiċċa immedjatament. Fil-perjodu inizzjali ma ra l-ebda valur illi kien hemm numru ta’ elementi mis-sistema l-qadima li kellhom jibqgħu, ta’ l-inqas għall-bidu.
Fost dawn ir-rotot li kien hemm.
Inħoloq rebus billi r-rotot ġew diżinjati mill-ġdid. Biex issa wara 4 xhur il-Ministru Austin Gatt reġa’ lura għar-rotot oriġinali. Ir-rotot li riedu in-nies u li tneħħew kontra l-volonta’ tagħhom ġew lura. Din hi l-ikbar ammissjoni li l-mod kif ġiet implimentata r-riforma kien falla. Għax il-bulldozer ġie jaqa’ u jqum u kisser kollox.
Kienet meħtieġa li ssir riforma. L-oġġettiv tagħha kien servizz aħjar li jagħmel l-inqas ħsara ambjentali possibli. Is-servizz aħjar kien ifisser ukoll rotot ġodda u xi tibdil f’rotot eżistenti. Imma ma kienx hemm il-ħtieġa li jsir kollox f’daqqa.
In-nuqqas ta’ qbil m’huwiex mal-oġġettivi tar-riforma iżda mal-fatt li flok ma din bdiet tiġi implimentata b’mod gradwali daħlet fis-seħħ f’daqqa.
Il-mod kif ġiet implimentata r-riforma serviet biex flok ma iktar nies qed jużaw it-trasport pubbliku għandna iktar karozzi fit-triq b’żieda fenomenali fit-traffiku fl-iktar ħinijiet li diġa kien diffiċli ħafna biex tgħaddi mit-triqat tagħna.
Il-konsegwenza hi li b’rotot itwal u li allura jieħdu iktar ħin u b’iktar traffiku fit-toroq kulħadd beda jasal tard, għax-xogħol jew għall-iskola. Waqt li Michael Frendo kien qalilna li b’tal-linja jaqbillek, Austin Gatt ikkonvinċa lil kulħadd li b’tal-linja ma jaqbillekx.
Dan hu ħażin għax transport pubbliku efficjenti għandu jwassal biex jonqsu l-karozzi mit-toroq għax idejalment iżjed nies jagħmlu użu minn tal-linja.
L-effett ta’ inqas karozzi fit-toroq hi arja iktar nadifa għal kulħadd. Effett li għad baqa’ ftit biex ingawduh.
(ikompli għada : (3) ir-responsabbilta’ politika)
Mhux minnu li r-rotot ser jigi bhal qabel almenu zgur mhux Wied il-ghajn. Dan kollou tort tar-ras iebsa li ghandu konsulent minnhom Ingliz John Remington. Thomas Debono ufficjal tal-arriva qal fuq RTK qal li l Arriva qatt ma disinjat rotot. GIDDIEB. Ahna dejjem iddiljajna id-darbtejn li ltqajna ma’ dan ir-ras iebsa u li jobghod in-naha tas-South john Remington. Dan jiddisinja ir-rotot minn fuq l- A to Z. Bniedem bla kuxjenza. Marsakala mhux ser jinbidel xejn hlief wahda kull siegha ghaz Zonqor. Xi nghidu ta Mater Dei li twaqqaf l kullhadd hdejn l-isptar.
Il-ministru qieghed jghid li tort tieghu biex ma jitlobx lura l-400,000 Ewro konsulenza wara li l-Mexxej Laburista qallu biex jigbor il-flus lura minn ghand l-Arriva.
Ahna kull ma rridu wied il-ghajn huwa dak li hu taghna.
Hames buses cirkulari ghall-belt valleta li jkopru Bella vista, Zonqor u siberja.
Jitilqu dawk il-vannijiet minn hemm.
Wahda ghall-Ajruport li tkopri l-stess u tkun cirkulari.
Tal-isptar sa fejn l-entratura u mhux fejn l-universita u l-ohra cirkulari bejn kottonera u wied il-ghajn.
Il-Ministru , emanuel Delia ghandhom jirrezenjaw minnu fih. Tal-misthija. John remington ghandu jippakkja u jitlaq immedjatament . Ghamel hsara tremenda specjalment in-naha t’isfel ta Malta.
Sindku. Marsaskala jew ahjar wied il-Ghajn
Naqbel mieghek perfettament Mario.Iz-zaqq il-mimlija ma’ jimpuatahix mil-vojta.Ahna ma’ ghandnix Jaguar minn fuq dar il-poplu.Nafu kemm ikollna ilmenti kulljum il-kunsill.Pajjizi ohra ikun hemm ir-rezenji.Malta le.