Paroli, Paroli u iktar Paroli. Il-Politika ta’ Gonzipn dwar l-Ambjent

 

   paroli, paroli u iktar paroli.

Ftit siegħat ilu għadu kif ħareġ għal konsultazjoni pubblika l-abbozz tal-politika Nazzjonali dwar l-Ambjent.  Dan id-dokument huwa primarjament ġabra tar-responsabbiltajiet akkumulati ta’ Malta fil-qasam ambjentali li ġew injorati bil-goff matul is-snin. Kien biss bħala riżultat tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2004 kif ukoll bħala riżultat tal-influwenza dejjem tiżdied tal-moviment ambjentali f’Malta li l-Gvern beda jiċċaqlaq fuq miżuri ambjenti. Xi drabi dan seħħ ukoll bħala reazzjoni għal-theddid ta’ passi legali mill-Unjoni Ewropea.

L-politika proposta hija prinċipalment ezercizzju ta’ retorika minn Gvern li wiegħed ħafna u falla bil-kbir. Bil-politika proposta l-Gvern qed jipprova jpatti għall-abolizzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli li ilha ma tiltaqa’ sa mill-2006. Il-Kummssjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli fl-Istrategija li pproponiet għall-Gżejjer Maltin indirizzat diversi oqsma intersettorjali li illum qed jiġu indirizzati ukoll mill-Politika Nazzjonali għall-Ambjent. Kienet stabiliet ukoll miri għall-implimazzjoni ta’ proposti speċifiċi bħat-taxxi ambjentali u l-Pjani ta’ Azzjoni fil-Ministeri differenti. Id-dati stabiliti ġew u marru u minflok ma twettaq dak imwiegħed ġejna ippreentati b’dan l-abbozz.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s