L-Onorevoli Lawrence Gonzi qed iħawwad

 

It-Times tal-lum qaltilna li għall-Gvern ir-responsabbilta għall-iżvilupp sostenibbli hi fl-għola livell.  Jiġifieri minħabba l-fatt li l-iżvilupp sostenibbli hu responsabbila’ tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi jfisser, suppost, li l-Gvern qed jagħtiha l-ikbar importanza.

Ir-realta sfortunatament hi bil-bosta differenti għax fil-materja l-Onorevoli Gonzi wera ruħu inkompetenti bil-kbir. Raqad raqda kbira ta’ l-inqas mill-2008 lil hawn. Ma għamel xejn ħlief paċpaċ. Paroli biss.

Fl-istess nifs li l-Onorevoli Gonzi jgħidilna kemm il-Gvern qalbu taħarqu għall-iżvilupp sostenibbli ninsabu infurmati li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli ilha ma tiltaqa’ sa mill-2006! Mhux biss, talli l-Gvern issa xoljiha.

U dan Gvern li jgħid li moħħu hemm u li qed jagħti l-importanza lill-iżvilupp sostenibbli.

Li kieku ma jagħtix każ mela x’jagħmel ?

U ħallina. Ir-realta’ hi waħda sempliċi. M’għandekx idea x’inti tagħmel.