Joseph Cuschieri bir-raġun kollu jrid is-siġġu tiegħu fil-Parlament Ewropew. Wara kollox għandu dritt għalih mhux biss għax ivvutawlu n-nies, iżda fuq kollox għax hu kien li ċeda postu lil Dottor Joseph Muscat fil-Parlament Malti.
Għamel tajjeb Joseph Cuschieri meta qal li l-Prim Ministru ta’ Malta Lawrence Gonzi għandu jinsisti mal-Prim Ministru tal-Greċja George Papandreou biex il-Greċja ma tibqax tkaxkar saqajha u tapprova l-protokol li permezz tiegħu jkun possibli illi huwa (Cuschieri) jieħu postu fi Brussels.
Veru li Cuschieri żgarra waħda kbira meta qal li Malta għandha (sakemm il-Greċja tapprova s-siggu tiegħu) timblokka l-għajnuna tal-Unjoni Ewropea lill-Greċja biex din tkun tista’ tirpilja mill-kriżi finanzjarja li tinsab fiha frott il-korruzzjoni u t-tmexxija ħażina tul is-snin. Imma dak għamlu għax il-boy għadu ma jafx l-affarijiet sew miskin. Għadu qed jimmatura. U ngħiduha kif inhi, fil-Parlament Malti ma tantx kellu opportunitajiet biex jiftah ftit moħħu.
Imma ngħid jiena George Papandreou imbarra Prim Ministru tal-Greċja mhux ukoll Mexxej tal-Partit Soċjalista Grieg? U dawn mhux aħwa tas-Soċjalisti Maltin li illum isejħu ruħhom laburisti?
Ngħid jien ma jkunx għaqli li s-Sur Cuschieri jgħid lill-Kap tal-Partit Soċjalista Malti Dottor JosephMuscat biex jaqbad it-telefon u jkellem ftit lill-Kap tal-Partit Soċjalista Grieg u jgħidlu biex jiċċaqlaq ftit? Jew forsi diġa ċempillu u injoraħ?
Forsi Joseph Cuschieri jgħidilna ftit, għax wara kollox huwa Dottor Joseph Muscat li l-iktar għandu jgħinu mhux hekk ?
The 6th seat does not belong to Joseph Cuschieri. It belongs to Malta and PL is right in insisting that Greece ratifies the Lisbon Treaty which is far more than a question of seats in the EP. As usual with EU affairs we rushed in where others fear to thread. Alfred Q